Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    IAID Junior Executive (Compliance and Risk)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 02/08/2024


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali Negozju u Finanzi
    Data ppubblikata: 02/08/2024 11:00
    Data tal-għeluq: 19/08/2024 13:30
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru
    Dipartiment: Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A - IAID Junior Executive (Compliance and Risk) 
  1. Id-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni), Uffiċċju tal-Prim Ministru, tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ IAID Junior Executive (Compliance and Risk) fid-Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet, fl-Uffiċċju tal-Kabinett, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12) - il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ IAID Junior Executive (Compliance and Risk) huwa ta’ Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2024 huwa ta’  €25,589.02 fis-sena, li jiżdied b’€447.33 fis-sena sa massimu ta’ €28,273.00.

2.3 Persuna fil-grad ta’ IAID Junior Executive (Compliance and Risk) titla’ fi Skala ta' Salarju 8 (€27,179.02 x €486.83 - €30,100.00 fis-sena 2024) wara erba' (4) snin servizz fi Skala ta' Salarju 9, jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti, bid-dekrizzjoni tax-xogħol rispettiva aġġornata minn żmien għal żmien. 

2.4 Persuna fil-grad ta’ IAID Junior Executive (Compliance and Risk) titla' fi Skala ta' Salarju 7 (€28,855.98 x €531.17 - €32,043.00 fis-sena 2024) wara erba' (4) snin servizz fi Skala ta' Salarju 8, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti, bid-deskrizzjoni tax-xogħol rispettiva aġġornata minn żmien għal żmien.

2.5 Il-persuna magħżula tkun intitolata għal:
  1. Performance bonus annwali sa massimu ta' 10% tas-salarju bażiku, suġġett għal policies tal-Amministrazzjoni Ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien. Il-persuna magħżula li titla' għal pożizzjoni ta' IAID Junior Executive (Compliance and Risk) fi Skala ta' Salarju 7 skont it-termini ta' klawsola 2.4, tkun intitolata għal performance bonus sa massimu ta' 15% tas-salarju bażiku mill-ewwel ta' Jannar 2025 suġġett għal policies tal-Amministrazzjoni Ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

  2. Minħabba n-natura tax-xogħol involut, il-persuna magħżula tista' tkun intitolata għal disturbance allowance ta' 15% tas-salarju bażiku għal kull disturb u/jew xogħol li jsir regolarment wara l-ħinjiet normali tal-uffiċċju, u/jew xogħol ta' natura straordinarja, li jsir wara l-ħin tax-xogħol, kif ikun meħtieġ mill-Maniġment u suġġett għall-approvazzjoni tad-Direttur Ġenerali (IAID). Din l-allowance tista' tiżdied sa 25% tas-salarju bażiku f'ċirkostanzi eċċezzjonali, u bl-approvazzjoni bil-quddiem tas-Segretarju tal-Kabinett, Uffiċċju tal-Kabinett, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Id-disturbance allowance tiġi mħallsa fuq bażi ta' erba' ġimgħat u l-persuna magħżula ma tkunx intitolata għal overtime. 

  3. Pro-rata responsibility allowance, stabbilita għal 25% tal-iskala tas-salarju rispettiv.

  4. Allowance supplimentari ta' 10% tal-iskala tas-salarju rispettiv għall-ewwel tliet (3) snin ta' servizz fi ħdan l-IAID. Din l-allowance tiżdied għal 25% tal-iskala tas-salarju rispettiv wara aktar minn tliet (3) snin fi ħdan l-IAID.

2.6 Persuni appuntati jkunu intitolati għal benefiċċji oħra suġġetti għal obbligazzjonijiet kif stipulat fil-ftehim settorjali pertinenti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Union kompetenti.

2.7 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.
2.8 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).  

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ IAID Junior Executive (Compliance and Risk) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew

    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew

    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew

    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew

    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija jew dik Ingliża;

  2.  (a) ikollhom Degree ta' Baċellerat rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fil-Management Studies jew Business Studies jew Accountancy jew Auditing jew Public Policy jew Kummerċ jew Ekonomija jew Risk Management jew Statistikà jew Banking and Finance jew Procurement jew Public Projects jew Public Sector Accounting;

    JEW

    (b) ikollhom kwalifika professjonali rikonoxxuta komparabbli fil-Livell 6 tal-MQF fil-Management Studies jew Business Studies jew Accountancy jew Auditing jew Public Policy jew Kummerċ jew Ekonomija jew Risk Management jew Statistikà jew Banking and Finance jew Procurement jew Public Projects jew Public Sector Accounting.

    *Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 180 krettu ECTS/ECVET, hekk kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
      
4.2 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (iii) (a) jew 4.1 (iii) (b), jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Ottubru, 2024.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar 'l isfel). 

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Ministry / Department :

Sezzjoni tal-People Management, Direttorat Finanzi u Amministrazzjoni, Uffiċċju tal-Prim Ministru

Contact Persons :

Sa Shaznay Fenech

Sur Andrea Briffa

Sa Romina Brincat

Address :

Berġa ta' Kastilja, il-Belt Valletta

Telephone :

2200 1067

2200 2105

2200 1016

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.