Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Allied Health Professional (Radiography)

     Nru. ta' Referenza Gazetta tal-Gvern datata 31 ta' Mejju 2024


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 31/05/2024 11:00
    Data tal-għeluq: 21/06/2024 13:30
    Ministeru: Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti (Saħħa) u is-Segretarju Permanenti (Anzjanità Attiva), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva, jilqaw applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Allied Health Professional (Radiography) fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva. 

3.1 Is-salarju ta’ Allied Health Professional bid-Degree f'Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 kreditu tal- ECTS/ECVET jew ekwivalenti) huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2024 huwa ta’ €24,085.98 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €26,532.00.

Persuna fil-grad ta' Allied Health Professional li minbarra r-rekwiżit stipulat f'paragrafu 3.1, għandhom ukoll fillpussess tagħhom Master's Degree f'Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 90 kreditu tal-ECTS/ECVET jew ekwivalenti) jew PhD f'Livell 8 tal-MQF rilevanti u rikonoxxuti, jinħatru mad-dħul bħala Senior Allied Health Professional fi Skala ta' Salarju 8 (€27,179.02 x €486.83 - €30,100).

3.2 Persuna fil-grad ta’ Allied Health Professional titla’ fi Skala ta' Salarju 9 (€25,589.02 x €447.33 - €28,273.00) wara sentejn (2) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

3.3 Persuna fil-grad ta’ Allied Health Professional tiġi promossa għall-grad ta’ Senior Allied Health Professional fi Skala ta' Salarju 8 (€27,179.02 x €486.83 - €30,100.00) wara tliet (3) snin servizz sodisfaċenti fil-grad ta’ Allied Health Professional fi Skala ta' Salarju 9. 

Persuna fil-ħatra ta' Allied Health Professional li fil-kors tad-dmirijiet tagħha tikseb Postgraduate Master's f'Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 90 kreditu tal-ECTS/ECVET jew ekwivalenti) jew PhD f'Livell 8 tal-MQF rilevanti u rikonoxxuti, għandha titla' minnufih għal Skala ta' Salarju 8 bħala Senior Allied Health Professional.

3.4 Persuna fil-ħatra ta' Senior Allied Health Professional (Skala ta' Salarju 8) b'mill-inqas ħames (5) snin servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Senior Allied Health Professional fi Skala ta' Salarju 8 u ċertifikat ta' tlestija b'suċċess talCompetency Programme u Evaluation Framework (CAF) tiġi promossa għall-grad ta' Allied Health Practitioner fi Skala ta' Salarju 7 (€28,855.98 x €531.17 - €32,043.00) kemm mid-data tal-otteniment tas-snin tas-servizz stipulat kif ukoll it-tlestija b'suċċess tal-CAF.

Persuna fil-ħatra ta' Senior Allied Health Professional (Skala ta' Salarju 8) fil-pussess ta' Postgraduate Master's f'Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 90 kreditu tal-ECTS / ECVET jew ekwivalenti) jew PhD f'Livell 8 tal-MQF rilevanti u rikonoxxuti, b'mill-inqas sentejn (2) servizz sodisfaċenti bħala Senior Allied Health Professional u ċertifikat ta' tlestija b'suċċess tal-Competency Programme u Evaluation Framework (CAF), għandhom jiġu promossi fil-grad ta' Allied Health Practitioner fi Skala ta' Salarju 7 (€28,855.98 x €531.17 - €32,043.00).

Fil-każ ta' Uffiċjali li ma jkollhomx iċ-ċertifikat ta' tlestija b'suċċess tal-Competency Programme u Evaluation Framework mat-tlestija ta' sentejn (2) servizz sodisfaċenti fil-grad, għandu jiġi promoss għal Allied Health Practitioner bilkundizzjoni li tikseb din iċ-ċertifikazzjoni fi żmien sena (1) mill-ħatra ta' Allied Health Practitioner fi Skala ta' Salarju 7. Uffiċjali li jonqsu milli jippreżentaw tali ċertifikazzjoni fil-qafas ta' żmien stipulat għandhom jerġgħu lura awtomatikament għal Senior Allied Health Professional fi Skala ta' Salarju 8.

3.5 Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji l-oħra tali, u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra tali li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.

Dmirijiet

4.1 Id-dmirijiet għal dan il-pożizzjoni ta’ Allied Health Professional (Radiography) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma' dan il-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li tista' jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq [email protected].

4.2 Persuna maħtura tista' tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.

Eliġibbiltà

5.1 (i) Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjoni, l-applikanti jridu jkunu ċittadini ta’ pajjiżi terzi u jissodisfaw ir-rekwiżiti ddikjarati fil-paragrafi 5.1 (ii) sa 5.2. Il-ħatra ta’ dawn il-kandidati tkun mingħajr preġudizzju għall-applikant li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ eliġibbiltà u li jingħata permess tax-xogħol skont irregolamenti nazzjonali applikabbli, kif ukoll li jkun jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dħul fit-territorju Schengen. Kull proċess isir b’mod indipendenti u suġġett għall-ipproċessar ta’ diliġenza dovuta mill-awtoritajiet kompetenti Maltin.

Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima talEspatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta' dawn il-kandidati tkun jeħtieġu l-ħruġ ta’ liċenzja ta’ impjieg safejn dan ikun meħtieġ mill-Att dwar lImmigrazzjoni u leġislazzjoni sussidjarja.  Jobsplus għandu jiġi kkonsultat kif meħtieġ dwar din il-kwistjoni.

ii. (a) Profiċjenti fil-lingwa Maltija. Għaldaqstant, kandidati li m’humiex profiċjenti fil-lingwa Maltija xorta ser jiġu kkunsidrati imma għandom jipprovdu evidenza ta’ profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija qabel il-konferma tal-ħatra li hi fi żmien sitt (6) xhur, billi jgħaddu b’suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 tal-Università ta’ Malta. Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Course in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta. Allied Health Professionals impjegati li ma jiksbux dan iċ-ċertifikat fi żmien ta’ prova ta’ sitt (6) xhur, jingħataw estensjoni ta’ darba ta’ sitt (6) xhur biex jiksbu b'suċċess dan iċ-ċertifikat, qabel il-konferma talħatra tagħhom. Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidati prospettivi magħżula.

U

(b) profiċjenti fil-lingwa Ingliża;

JEW

  • billi jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja ġiet segwita bil-lingwa Ingliża;

JEW

  • jipprovdu sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (International English Language Testing System) ta' band score medju ta' 6 jew ogħla f'dominji ta' komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta' band score medju ta' 6) eż. GCSE / Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT): 60-80, CEFR: B2 jkunu aċċettati;;

JEW

  • billi jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta’ xogħol iċċertifikata full-time bħala Allied Health Professional fir-Renju Unit jew fl-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellmu l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa llingwa primarja u/jew uffiċjali.

U

iii. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 kreditu tal-ECTS / ECVET jew ekwivalenti*) fil-Radiography jew kwalifika ekwivalenti, rikonoxxuta, kumparabbli U jkunu f'pussess ta' ċertifikat tar-reġistrazzjoni fir-Radiography mal-Kunsill ta' Professjonisti Kumplimentari għall-Mediċina f'Malta.

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 180 ECTS/ECVET krediti, kif applikabbli hija aċċettata biss soġġett għal dikjarazzjoni ta' rikonoxximent formali MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.

5.2 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Diċembru, 2024.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
  
5.3 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji. 

Ministry / Department :

Diviżjoni tal-People Management

Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva

Contact Persons :

Ms. Maureen Mahoney (Direttur Ġenerali)

Address :

15, Palazzo Castellania

Triq Merkanti

Valletta, VLT1171

Telephone :

+356 2299 2604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.