Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Social Worker

     Nru. ta' Referenza Government Gazette dated 27/02/2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 27/02/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 13/03/2026 17:15
    Ministeru: Il-Ministeri Kollha

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A - Dmirijiet / Duties 
1. Is-Segretarju Permanenti (Nies u Standards), Uffiċċju tal-Prim Ministru, tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Social Worker fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ sena (1).

2.2 Is-salarju ta’ Social Worker huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2026 huwa ta’ €27,055.98 fis- sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €29,502.00.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Social Worker fi Skala ta’ Salarju 10 titla’ fi Skala 9 (€28,701.02 x €447.33 - €31,385.00 fis-sena 2026) wara sentejn (2) servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti u jkollha warrant rilevanti biex tipprattika bħala Social Worker.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Social Worker fi Skala ta’ Salarju 9 titla’ fil-grad ta’ Social Worker fi Skala 8 (€30,405.02 x €486.83 - €33,326.00 fis-sena 2026) wara tliet (3) snin servizz bħala Social Worker fi Skala ta’ Salarju 9, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.5 Persuna fil-grad ta’ Social Worker fi Skala ta’ Salarju 8 tkompli titla’ fil-grad ta’ Social Worker fi Skala 7 (€32,158.00 x €531.17 - €35,345.02 fis-sena 2026) wara tliet (3) snin servizz sodisfaċenti fil-grad ta’ Social Worker fi Skala 8, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.6 Mal-kisba b’suċċess ta’ Masters Degree f’livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 90 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fis-Social Work, persuna fil-grad ta’ Social Worker tiġi promossa għal Senior Social Worker fi Skala ta’ Salarju 7 (€32,158.00 x €531.17 - €35,345.02 fis-sena 2026) u tkompli tipprogressa kif stabbilit.

*Kwalifika ta' Masters rikonoxxuta b'minimu ta' 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bil-kunidzzjoni li dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta' Masters rikonozzuta mill-Universita' ta' Malta (mogħtija qabeil l-2009) b'inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita' ta' Malta li l-ammont ta' xogħol huwa komparabbli ma' mill-inqas 60 krettu ECTS.

2.7 Persuna maħtura tkun intitolata ukoll għal tali benefiċċji oħra u tali kundizzjonijiet u obbligi oħra kif stipulat fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-Uffiċjali li jaqgħu taħt il-Ftehim li jappartjeni għall-klassi tas-Social Work inkluż:

• Allowance annwali mhux pensjonabbli;
• Sectoral Allowance annwali;
• Allowance addizzjonali annwali;
• Appoġġ f'Professional Supervision Sessions; u
• Continuous Professional Development.

2.8 Social Workers bil-warrant li għandhom esperjenza bħala “warranted Social Worker” f’entita’ liċenzjata tas-Servizz Pubbliku (jiġifieri kemm is-Servizz Pubbliku kif ukoll is-Settur Pubbliku), inkluż entita’ tal-kura tas-Saħħa Pubblika f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea ikollhom is-snin ta’ servizz tagħhom rikonoxxuti u kkunsidrati biex jiġu assimilati fl-istrutturi tas-servizz pubbliku.

2.9 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan- notifika tal-ħatra.

2.10 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il- kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Social Worker jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:

i. a. ċittadini ta’ Malta; jew

b. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew

c. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew

d. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew

e. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal- membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal- 2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew

f. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill- Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’

Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal- Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

ii. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u l-lingwa Ingliża;

U

iii. fil-pussess ta’ Degree f’Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 krettu ECTS jew ekwivalenti*) f’BA Hons. fis-Social Work jew kwalifika rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF li twassal għall-Warrant rilevanti ta’ Social Worker.

*Kwalifika ta' Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwlifika ta' Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita' ta' Malta (mogħtija qabel l-2009) b'inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita' ta' Malta li l-ammont ta' xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta' 180 krettu ECTS.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 i. Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

ii. Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.

Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall- applikazzjonijiet.
Ministry / Department:Office of the Prime Minister - People and Standards Division
Contact Person:Ms Marlene Debattista / Ms Silvana Portelli
Address:3, Castille Place, Valletta
Telephone:2555 2007 / 2200 1324
Email address:[email protected]


  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.