Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Ingaġġ bħala Trainee Social Worker li jwassal għal ħatra fil-grad ta’ Social Worker fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 26/06/2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 26/06/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 13/07/2026 13:30
    Ministeru: Il-Ministeri Kollha
    Dipartiment: Servizz Pubbliku ta’ Malta

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
1.1 Is-Segretarju Permanenti (Nies u Standards), Uffiċċju tal-Prim Ministru, tilqa’ applikazzjonijiet mingħand studenti full-time adatti minn barra s-Servizz Pubbliku ta’ Malta, li temmew b’suċċess it-tieni sena tal-kors ta’ studju tagħhom f’livell 6 tal-MQF jew li bħalissa qed isegwu kors ta’ studju f’livell 7 tal-MQF, fis-Social Work, li jwassal għal kwalifika sħiħa f’livell 6 tal-MQF jew livell 7, rispettivament, minn istituzzjoni rikonoxxuta ta’ edukazzjoni ogħla.

1.2 Dan il-proċess ta’ reklutaġġ qiegħed isir sabiex jimtlew vakanzi f’Malta.

2.1 Il-pożizzjoni ta’ Trainee Social Worker hija ta’ natura definita.

2.2 Trainee Social Workers jibqgħu jsegwu l-kors fl-istituzzjoni rikonoxxuta ta’ edukazzjoni ogħla u jidħlu fi programm ta’ studju u esperjenza ta’ xoghol fi ħdan is-Servizz Pubbliku.

2.3 I-esperjenza ta’ xoghol issir matul is-sena skolastika u waqt il-vaganzi akkademiċi tas-sajf skont it-tfassil tal-kors. Il-vacation leave jista’ jittieħed biss waqt l-esperjenza ta’ xoghol. Il-leave minħabba mard u vacation leave jiġi kkalkulat fuq bażi pro-rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma.

2.4 Sakemm idum il-kors, is-Servizz Pubbliku ta’ Malta u l-istituzzjoni rikonoxxuta ta’ edukazzjoni ogħla se jikkollaboraw biex jaqsmu informazzjoni dwar l-istudji u l-prestazzjoni tal-istudenti.

2.5 Is-salarju ta’ Trainee Social Worker huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2026 huwa ta’ €23,816.00 fis-sena, li jiżdied b’€354.00 fis-sena sa massimu ta’ €25,940.00. It-Trainee Social Workers jitħallsu fuq bażi pro-rata skont is-sigħat maħduma.

2.6 Bonus u income supplement ikunu wkoll fuq bażi pro-rata skont l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali u leġiżlazzjoni oħra rilevanti. Din ir-remunerazzjoni ma taffettwax id-dritt tal-istudent għall-istipendju.

2.7 Trainee Social Workers għandhom jiddiskutu l-iskeda tax-xogħol tagħhom mal-line managers tagħhom abbażi tal-kriterji li ġejjin:

• Ottubru sa Ġunju – 12-il siegħa fil-ġimgħa
• Lulju sa Settembru – 30 siegħa fil-ġimgħa

Matul il-perjodu li fih it-Trainee Social Workers ikunu qed jagħmlu is-sigħat meħtieġa ta’ work placement determinati mill-istituzzjoni rikonoxxuta ta’ edukazzjoni ogħla bħala parti mill-kors tagħhom, is-sigħat stabbiliti ta’ esperjenza ta’ xogħol meħtieġa f’din is-sejħa jistgħu jiġu differiti temporanjament. It-Trainee Social Workers għandhom jerġgħu jibdew is-sigħat ta’ esperjenza ta’ xogħol hekk kif jitlestew is-sigħat tal-work placement.

2.8 Matul l-esperjenza ta’ xogħol l-applikanti jkunu intitolati għal leave ta’ studju bla ħlas u jistgħu jassentu ruħhom sa erbat (4) ijiem ta’ xogħol qabel kull perjodu ta’ eżami.

2.9 Trainee Social Worker li jtemm il-kors b’suċċess u jikseb il-kwalifika sħiħa fil-livell 6 tal-MQF jew fil-livell 7 tal-MQF fis-Social Work, jiġi maħtur awtomatikament għall-Social Worker fi Skala ta’ Salarju 10 (€27,055.98 x €407.67 - €29,502.00 fis-sena 2026).

2.10 Il-ħatra ta’ Social Worker hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar. Il-ħatriet fil-grad ta’ Social Worker huma fuq bażi full-time u huma suġġetti għar-regoli u r-regolamenti li jirregolaw is-Servizz Pubbliku ta’ Malta u jinvolvu l-possibilita’ li jiġu trasferiti fi ħdan is-Servizz Pubbliku biex jiġi żgurat li s-servizz jingħata b’ mod effettiv.

2.11 Is-Social Workers maħtura jkunu meħtieġa wkoll li jtemmu l-programm ta’ induzzjoni applikabbli kif organizzat mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi għal uffiċjali pubbliċi li jkunu għadhom kif ġew ingaġġati.

2.12 Mal-konferma tal-ħatra fil-grad ta’ Social Worker, il-kisba b’suċċess ta’ Masters Degree f’livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 90 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fis-Social Work, u l-kisba ta’ warrant biex wieħed jipprattika bħala Social Worker, persuna fil-grad ta’ Social Worker tiġi promossa għal Senior Social Worker fi Skala ta’ Salarju 7 (€32,158.00 x €531.17 - €35,345.02 fis-sena 2026) u tkompli tipprogressa kif stabbilit.

*Kwalifika ta' Masters rikonoxxuta b'minimu ta' 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bil-kunidzzjoni li dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta' Masters rikonozzuta mill-Universita' ta' Malta (mogħtija qabeil l-2009) b'inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita' ta' Malta li l-ammont ta' xogħol huwa komparabbli ma' mill-inqas 60 krettu ECTS.

2.13 Persuna fil-grad ta’ Social Worker fi Skala ta’ Salarju 10 titla’ fi Skala 9 (€28,701.02 x €447.33 - €31,385.00 fis-sena 2026) wara sentejn (2) servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’ mod sodisfaċenti u jkollha warrant rilevanti biex tipprattika bħala Social Worker.

2.14 Persuna fil-grad ta’ Social Worker fi Skala ta’ Salarju 9 titla’ fil-grad ta’ Social Worker fi Skala 8 (€30,405.02 x €486.83 - €33,326.00 fis-sena 2026) wara tliet (3) snin servizz bħala Social Worker fi Skala ta’ Salarju 9, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.15 Persuna fil-grad ta’ Social Worker fi Skala ta’ Salarju 8 tkompli titla’ fil-grad ta’ Social Worker fi Skala 7 (€32,158.00 x €531.17 - €35,345.02 fis-sena 2026) wara tliet (3) snin servizz sodisfaċenti fil-grad ta’ Social Worker fi Skala 8, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.16 Is-Soical Worker ikun intitolat ukoll għal tali benefiċċji oħra u tali kundizzjonijiet u obbligi oħra kif stipulat fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-Uffiċjali li jaqgħu taħt il-Ftehim li jappartjeni għall-klassi tas-Social Work inkluż:

• Allowance annwali mhux pensjonabbli;
• Sectoral Allowance annwali;
• Allowance addizzjonali annwali;
• Appoġġ f’Professional Supervision Sessions; u
• Continuous Professional Development.

2.17 Trainee Social Workers għandhom is-sigħat ta’ work placements assessjati matul il-kors rispettiv. Tali work placement jista’ jsir fl-istess ambjent tax-xogħol madankollu mingħajr remunerazzjoni kif iddikjarat fil-Klawżola 2.7. Dan minħabba l-fatt li huwa komponent strutturat u parti mill-kurrikulu. Għalhekk, huwa imperattiv li t-Trainee Social Worker jinforma lill-maniġers tal-linja rispettivi bl-iskedi tal-work placements tagħhom għal skopijiet ta’ ppjanar.

2.18 Trainee Social Workers li ma jiksbux il-kwalifika fi tmiem il-kors tal-istudji tagħhom, ikollhom il-kuntratt tagħhom bħala Trainee Social Workers terminat u ma jiġux maħtura bħala Social Worker.

2.19 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan- notifika tal-ħatra.

2.20 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il- kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet assenjati lit-Trainee Social Workers waqt l-esperjenza ta’ xogħol tagħhom fis-Servizz Pubbliku jkunu konformi mad-dmirijiet relatati mal-posizzjoni kif meħtieġ mill-Ministeru fejn ikunu stazzjonati. Dan se jipprovdi lill-kandidati l-opportunita’ li jiġu sorveljati filwaqt li japplikaw l-għarfien akkademiku tagħhom f’ambjent ta’ xogħol prattiku.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu

i. a. ċittadini ta’ Malta; jew

b. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew

c. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew

d. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew

e. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal- membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal- 2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew

f. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill- Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’

Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal- Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

ii. a. profiċenti fil-lingwa Maltija. Għaldaqstant, kandidati li m'humiex profiċenti fil-lingwa Maltija xorta ser jiġu kkunsidrati imma għandhom jipprovdu evidenza ta' profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija fi żmien sena mill-ingaġġ, billi jgħaddu b'suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 tal-Universita' ta' Malta. Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Course in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Universita' ta' Malta. Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidati prospettivi magħżula. Madankollu, tali spejjeż jistgħu jiġu applikati biex jitħallsu lura permezz tal-iSkema tal-Continuous Professional Development (CPD).

U

ii. b. profiċjenti fil-lingwa Ingliża billi:

• jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja fis-Social Work ġiet segwita bil-lingwa Ingliża;

JEW

• jipprovdu sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (International English Language Testing System) ta' band score medju ta' 6 jew ogħla f'dominji ta' komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta' band score medju ta' 6) eż. GCSE / Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT): 60-80, CEFR: B2 jkunu aċċettati;

JEW

• jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta' xogħol iċċertifikata full-time bħala Social Worker rreġistrata fir-Renju Unit jew fl-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellmu l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa l-lingwa primarja u / jew uffiċjali;

U

iii. a. Ikunu rreġistrati bħala studenti full-time ma’ istituzzjoni rikonoxxuta ta’ edukazzjoni ogħla u jkunu temmew b’suċċess it-tieni sena tal-kors ta’ studji tagħhom f’livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS, jew ekwivalenti) fis-Social Work;

JEW

b. Ikunu rreġistrati bħala studenti full-time ma’ istituzzjoni rikonoxxuta ta’ edukazzjoni ogħla u qed isewgu kors ta’ studji f’livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 90 krettu ECTS, jew ekwivalenti) fis-Social Work.
Ministry / DepartmentOffice of the Prime Minister - People and Standards Division
Contact Person:Ms Marlene Debattista / Ms Silvana Portelli
Address:3, Castille Place, Valletta
Telephone:2200 3644 /  2200 1324
Email address:[email protected]


  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.