Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Project Manager għall-Built Heritage Restoration Scheme fil-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.
Salarju
3. Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Project Manager huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 7 (ekwivalenti għal €33,162.83 fl-2025), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Project Manager jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. kapaċi jikkomunikaw fil-lingwa Maltija u dik Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;
iii. ikollhom, Degree ta' Masters rikonoxxut fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 90 krettu tal-ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) fil-Restoration jew Built Heritage jew Architecture jew Building Conservation jew Civil Engineer jew Project Management jew f'oqsma relevanti kif determinat mill-Maniġment u li għandhom sena (1) esperjenza ta' xogħol relevanti għall-pożizzjoni.
*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS/ECVET.
JEW
iv. ikollhom degree ta’ Baċellerat rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) fil-Restoration jew Built Heritage jew Architecture jew Building Conservation jew Civil Engineer jew Project Management jew f'oqsma relevanti kif determinat mill-Maniġment, u tlett (3) snin esperjenza ta' xogħol relevanti għall-pożizzjoni.
*Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET.
JEW
v. huma Uffiċjali Pubbliċi fi Skala ta' Salarju mhux inqas minn Skala 10, jew impjegati tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jew impjegati tar-Resource and Support Services Ltd. (RSSL), li qiegħdin f'livell ta' responsabbilta' komparabbli, u li għandhom sitt’ (6) snin esperjenza ta' xogħol relevanti għall-pożizzjoni.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
5.3 Uffiċjali pubbliċi li huma normalment residenti f'Għawdex iżda bħalissa jaħdmu f'Malta, u li għandhom l-istess grad sostantiv bħal dak li qed jiġi reklamat, jistgħu japplikaw lateralment. Jekk jintgħażlu, dawn l-uffiċjali pubbliċi jiġu assenjati b'mod permanenti biex jaħdmu f'Għawdex bil-grad rispettiv, id-dritt tas-salarju, u l-punt tas-salarju tagħhom, inkluż id-dritt għal żidiet, kwalunkwe progressjoni u promozzjoni marbuta mal-post. Huwa ċċarat li dawn il-kandidati mhux se jingħataw marki addizzjonali fil-proċess tal-għażla għall-pussess ta' kwalunkwe kwalifiki li huma rekwiżiti ta' eliġibilta' kif iddikjarat f'din is-sejħa għall-applikazzjoni.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar |
Contact Persons : | Isabella Grech |
Address : | Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar Direttorat għas-Servizzi Korporattivi Fergħa tal- People Management Pjazza San Franġisk Rabat Għawdex |
Telephone : | 22155331 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.