Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Job description |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva tilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Konsulent Pedjatra b' interess speċjali fin-Nefroloġija Pedjatrika fuq Bażi Locum fid-Dipartiment tas-Saħħa tat-Tfal u Adoloxxenti, fl-Isptar Mater Dei, fil-Ministeru għas-Saħħa un Anzjanita' Attiva.
Salarju
3.1 Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’ Konsulent Pedjatra b'interess speċjali fin-Nefroloġija Pedjatrika fuq Bażi Locum huwa ekwivalenti għal Skala ta’ Salarju 4, li fis-sena 2024 hija ekwivalenti għal €40,145.00 fis-sena.
3.2 Qed jiġi nnutat li s-salarju għall-pożizzjoni ta' Konsulent Pedjatra b'interess speċjali fin-Nefroloġija Pedjatrika fuq Bażi Locum huwa supplimentat b’ allowances kif speċifikat fil-ftehim settorjali fis-seħħ iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta (MAM) li jirrendi s-salarju kompetittiv. Talbiet għal aktar informazzjoni rigward il-pakkett ta’ remunerazzjoni jew kundizzjonijiet oħra tax-xogħol jistgħu jiġu sottomessi fuq ([email protected]).
Dmirijiet
4.1 Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Konsulent Pedjatra b'interess speċjali fin-Nefroloġija Pedjatrika jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma’ din il-pożizzjoni jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq [email protected].
4.2 Persuna appuntata tista’ tkun rikjesta twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa f’Malta u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
Applikazzjonijiet jigu wkoll ikkunsidrati minn kandidati li huma ċittadini ta’ pajjizi terzi u li ma jissodisfawx il-kriterji imsemmija f’paragrafu 5.1(i), dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti imsemmija f’paragrafi 5.1(ii) sa 5.6. Il-ħatra ta’ tali kandidati teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xoghol f’dawk il-kazijiet fejn hija mehtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġizlazzjoni sussidjarja.
5.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f'dan il-grad, skont 5.1 sa 5.5 hawn fuq, mhux biss salħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
- kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Ingliża u bil-lingwa Maltija.
Qed jiġi hawnhekk innutat li kandidati li mhumiex profiċjenti fil-lingwa Maltija jistgħu xorta jiġu kkunsidrati sakemm il-kandidati magħżula jipprovdu evidenza ta' profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija fi żmien sena (1) mill-ingaġġ, billi jgħaddu b'suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 and Part 2 tal-Universita' ta' Malta. Il-kors li uffiċjalment għal dan l-eżami huwa l-Course in Basic Medical Maltese for the Health Care Profession Part 1 u Part 2 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Universita' ta' Malta. Konsulenti li ma jkunux kisbu dan iċ-Ċertifikat fiż-żmien ta' prova, jingħataw estensjoni ta' darba biex jiksbu b'suċċess dan iċ-ċertifikat. Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidati prospettivi magħżula. Madanakollu, tali spejjeż jistgħu jintalbu lura permezz tal-iskema Continuous Medical Education (CME).
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-pożizzjoni jridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom aktar minnhekk:
i. ikollhom isimihom imniżżel fir-Reġistri għall-Ispeċjalisti kemm f'tal-Pedjatrija u kif ukoll f'tan-Nefroloġija Pedjatrika miżmuma mill-Kunsill Mediku ta' Malta; jew
ii. ikunu approvati li isimihom jitniżżel fir-Reġistri għall-Ispeċjalisti kemm f'tal-Pedjatrija u kif ukoll f'tan-Nefroloġija Pedjatrika miżmuma mill-Kunsill Mediku ta' Malta; jew
iii. (a) ikollhom Ċertifikat ta' Tlestija ta' Taħriġ Speċjaliżżat (CCST) maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta għall-professjoni rilevanti, li juri li l-applikant lesta tali taħriġ speċjaliżżat li jista' jintalab kemm għall-Pedjatrija u kif ukoll għan-Nefroloġija Pedjatrika; jew
(b) ikollhom kwalifika ta' speċjalist ekwivalenti għas-CSST kemm għall-Pedjatrija u kif ukoll għan-Nefroloġija Pedjatrika, li jkunu maħruġa mill-Awtorita' kompetenti ta' stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, kif indikat f'parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att dwar il-Professjonijiet tasSaħħa ta' Malta; jew
(c) ikollhom kwalunkwe kwalifika oħra ta' speċjalist dment li ma' din tinhemeż dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta, li tiddikjara li kwalifiki/ esperjenza huma suffiċjenti sabiex tabib ikun irreġistrat mal-Kunsill Mediku ta' Malta bħala Speċjalist kemm fil-Pedjatrija u kif ukoll fin-Nefroloġija Pedjatrika.
5.3 Persuna magħżula li tkun eliġibbli taħt paragrafu 5.2 (iii) (b) u paragrafu 5.2 (iii) (c) hawn fuq trid tkun imniżżla fir-Reġistru għall-iSpeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta u trid tkun ukoll irreġistrata bi sħiħ mal-Kunsill Mediku ta' Malta qabel il-ħatra.
5.4 Kandidati li japplikaw skont it-termini ta' paragrafu 5.2 (iii) (b) jew paragrafu 5.2 (iii) (c) hawn fuq iridu jiksbu ittra ta' rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditrazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta li tikkonferma li l-kwalifiki tagħhom jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għaċ-Ċertifikat ta' Tlestija ta' Taħriġ Speċjaliżżat maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta. F'każ ta' diffikulta' għandu jintalab il-parir tal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta.
Sabiex tiġi ffaċilitata r-referenza, s-sit elettroniku tal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalsiti ta' Malta jista' jiġi kkonsultat minn (https://healthservices.gov.mt/en/regcounc/msac/Pages/msac.aspx).
5.5 Kandidati li japplikaw skont it-termini ta' paragrafu 5.2 (iii) (b) jew paragrafu 5.2 (iii) (ċ), u li jkunu meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti kif speċifikat fil-paragrafu 5.4 għandhom jinkludu kopja ta' dik id-dikjarazzjoni mal-applikazzjoni, u jippreżentaw l-oriġinali waqt l-intervista. Kandidati mhux fil-pussess ta' dan id-dokument mehtieġ xorta jistgħu japplikaw, dment jissottomettu kopja ta dik id-dikjarazzjoni hekk kif tkun għad-dispożizzjoni tagħhom u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mid-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw id-dikjarazzjoni meħtieġa fi żmien xahar għal raġunijiet mhux fil-kontroll tagħhom, jistgħu jitolbu għal estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien b'xahar ieħor, mill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b'mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien. Talbiet għal estensjoni itwal minn dan il-perjodu, għandhom jiġu sottomessi għall-konsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | MInisteru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva |
Contact Persons : | Ms Maureen Mahoney, Direttur Ġenerali (People Management) |
Address : | 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta VLT 1171 |
Telephone : | +356 22992609 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.