Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretaru Permanenti, Ministeru għall-Anzjanità Attiva tilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Fire team Officer fil-Ministeru għall-Anzjanità Attiva.
Salarju
3. Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’ Fire Team Officer huwa ekwivalenti għal Skala ta’ Salarju 12 li fis-sena 2023 huwa ta' €20,270.04 fis-sena, li jiżdied b'€354 fis-sena sa massimu ta' €22,394.04.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Fire team Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku u ħaddiema tas-Settur Pubbliku:
a) Fi Skala mhux anqas minn Skala 16 u sa Skala 12, jew Uffiċjali mal-RSSL jew organizzazzjonijiet tas-Settur Pubbliku f'livell komparabbli ta' responsabbiltà.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
5.2 Biex jiġi dditerminat u ikkumparat il-livell ta’ responsabbilta’ tal-impjegati tas-Settur Pubbliku mal-livell ta’ responsabbilta’ meħtieġ minn uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni, il-Bord tal-Għażla għandu dejjem u formalment jikkonsulta mad-Direttur/HR Manager responsabbli tal-entita’ rispettiva tas-Settur Pubbliku.
5.3 L-arranġament preżenti, fejn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li huma ssekondati mas-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq il-kotba tal-entita’ rispettiva, jibqa’ japplika, bil-kunsens tal-entita’, f’kas li ħaddiema tas-Settur Pubbliku li jintgħażlu għall-pożizzjoni.
Ħaddiema tal-RSSL li jiġu magħżula għal din il-pożizzjoni ikollhom l-impjieg tagħhom mal-RSSL awtomatikament terminat wara li jtemmu b’suċċess il-perjodu ta’ prova.
5.4 Tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-kandidati li, minbarra dak rikjest f'paragrafu 5.1, għandhom esperjenza ta' xogħol relevanti u ppruvata f'ambjent ta' sptar.
5.5 Tingħata preferenza lill-kandidati li jipprovdu evidenza li għaddew minn taħriġ fit-tifi tan-nar u li għandhom esperjenza ppruvata fit-tifi tan-nar.
5.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
5.7 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
5.8 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Anzjanità Attiva |
Contact Persons : | Philip Carabott |
Address : | St Vincent De Paul Long Term Care Facility Florence Nightingal Road Ħal Luqa |
Telephone : | 2291 2155 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.