Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Principal Scientific Officer

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/ODPM/2/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 05/06/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 19/06/2026 13:30
    Ministeru: Uffiċċju tad-deputat tal-Prim Ministru u l-Ministeru tas-saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), fl-Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-Post ta’ Principal Scientific Officer fl-Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ Sena (1) .

2.2 Is-salarju ta’ Principal Scientific Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 6, li fis-sena 2026 huwa ta’ €33,931.02 fis-sena, li jiżdied b’€596.33 fis-sena sa massimu ta’ €37,509.00 .

2.3 Principal Scientific Officer fi Skala tas-Salarju 6  jkun intitolat għal allowance annwali ta' taħriġ professjonali ta' €1,500. Din l-allowance għandha titħallas fi tlettax-il pagament ugwali.

2.4 Principal Scientific Officer fi Skala tas-Salarju 6 jkun intitolat għal allowance fissa annwali ta' €1,650 li titħallas fi tlettax-il pagament ugwali.

2.5 Principal Scientific Officer jkun intitolat għal allowance annwali tal-klassi ta' €7,000 li titħallas fi tlettax-il pagament ugwali.

2.6 Principal Scientific Officer jkun intitolat għal Performance Bonus sa 10% fis-sena, soġġett għall-politiki tal-Amministrazzjoni Ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

2.7 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-Post ta’ Principal Scientific Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

(i) ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u Ingliża

L-Uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom jew fil-ħatra preċedenti tagħhom fl-istess linja ta’ karriera, dment li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’  l-eliġibbilita’ l-oħra kollha.  Dawn l-uffiċjali pubbliċi jridu jkunu fil-grad ta’, jew kellhom il-grad ta’: -

ii A) Senior Scientific Officer fi Skala tas-Salarju 7

JEW    

ii B i) Senior Scientific Officer fi Skala tas-Salarju 8 U

ii B ii) fil-pussess ta' kwalifika rilevanti u rikonoxxuta tal-MQF Livell 7, kif determinat mill-Maniġment minn żmien għal żmien

Uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad inqas anke jekk mhux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1  jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 
L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 

Ministry / Department :

Diviżjoni tal-People Management

Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa

Contact Persons :

Ms. Maureen Mahoney

Direttur Ġenerali (People Management)

Address :

15, Palazzo Castellania

Triq Merkanti,

Valletta VLT1171

Telephone :

+356 2299 2604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.