Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Pożizzjonijiet Vakanti ta' Headships

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari UPM Numru 13/2026


    Servizz u Settur Pubbliku u Pubbliku Ġenerali   

    Definita  

    Pożizzjonijiet ta' Kapijiet
    Data ppubblikata: 16/10/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 30/10/2026 17:15
    Ministeru: Il-Ministeri Kollha

Konnessjoni
Ara d-dokument Ċirkulari tal-UPM Nru. 13/2026 
Ara d-dokument OPM Circular No 13/2026 
Ara d-dokument Appendix 'A' to OPM Circular No 13/2026 

Required Documents

Certificates
Ċertifikat tal-Kondotta/GP47  
Il-Kumitat Konsultattiv għal Ħatriet Anzjani (SAAC) jixtieq jidentifika uffiċjali pubbliċi/ impjegati pubbliċi xierqa li jistgħu jiġu rakkomandati biex jimlew pożizzjonijiet fis-Servizz Eżekuttiv fi grad ogħla hekk imsejjaħ ‘Headship Positions1’ fi grad 3 (Skala ta’ Salarju 3) jew fi grad 4 (Skala ta’ Salarju 4), murija fil-lista mmarkata b’ Appendiċi A mehmuża maċ-Ċirkulari. Il-ħatriet għandhom isiru abbażi ta’ ftehim għal perjodu ta’ erba’ snin u jkunu suġġetti għal perjodu ta’ prova ta’ sena.


1Headship Positions jinkludu Kapijiet ta’ Dipartimenti u Uffiċjali oħra b’ poteri statutorji li huma mniżżlin fit-tieni taqsima tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (CAP 595), kif ukoll pożizzjonijiet oħra ta’ Diretturi Ġeneral jew Diretturi li mhumiex imniżżlin.



Pożizzjoni
Qasam
Skala
Director
(Government Printing Press), Support Services Division, OPM*
4
Deputy Head
(Industrial Relations Unit), People & Standards Division, OPM
3
Director
(Public Service Resourcing & HR Planning), People & Standards Division, OPM
4
Director
(Public Sector Resourcing), People & Standards Division, OPM
4
Director
(Project Implementation), Coordination & Implementation Division, OPM
4
Director General
(Quality & Compliance), ODPM
3
Director
(Projects, Estates & Facilities Management), Active Ageing & Community Care, ODPM
4
Director
(Contract Management), CPSU, ODPM
4
Director
(People Management), Karen Grech Rehabilitation Hospital, ODPM
4
Director
(Nursing Services), Ċensu Moran Hub, ODPM
4
Director
(Health & Safety), Mater Dei Hospital, ODPM
4
Director
(Clinical Data & Governance), Mater Dei Hospital, ODPM
4
Director
(Accounts Payable), Mater Dei Hospital, ODPM
4
Head
(ICT Operations), Office of the Chief Information Officer, ODPM
4
Director
(Policy & Governance), Gozo General Hospital, ODPM
4
Director General
(Strategy & Support), MAL
3
Head
(Joint Office), MAL
3
Director
(Corporate Services), MAL
4
Director
(Management Support & Communications), MSF
4
Director
(Benefits Compliance), Social Security Department, MSF
4
Director
(Income Support), Social Security Department, MSF
4
Director General
(ARPA), MAFF
3
Director
(Compliance), MAFF
4
Director
(Corporate Services), MAFF
4
Director
(Fisheries Services), MAFF
4
Director
(Industrial Property Registration), Commerce Department, METP
4
Director
(Programme Implementation), Support & Implementation Division, METP
4
Director General
(Support Services), MIV
3
Director
(Policy Development & Programme Implementation), MIV
4
Director
(Project Management), MFG**
4
Director
(Product Development), Product, Projects & Infrastructural Development Division, MFG
4
Director
(Cultural Heritage), Product, Projects & Infrastructural Development Division, MFG
4
Director General
(Strategic Foresight & Development), MES
3
Director General
(Curriculum & Skills), MES
3
Director
(Assessement & International Studies), Curriculum & Skills Division, MES
4
Director
(International Learners), Education Services Division, MES
4
Head
(ICT-Project Management), Office of the Chief Information Officer, MES
4
Director
(Educator Empowerment & Workforce Sustainability), People Management Department, MES
4
Director General
(National Veterinary Hospital Services), MEER
3
Director
(Operations), Support Services Division, OPM
4
Director General
(Animal Welfare), MEER
3
Director
(Animal Welfare Operations & Care), Animal Welfare Division, MEER
4
Director
(Animal Welfare Regulation, Enforcement & Strategy), Animal Welfare Division, MEER
4
Director
(Policy - Animal Welfare), Policy Division, MEER
4
Director
(Policy - Climate & Carbon Neutrality), Policy Division, MEER
4
Director
(Policy - Zero Pollution), Policy Division, MEER
4
Director
(Valleys & Catchments), Ambjent Malta Division, MEER
4
Director
(Environmental Awareness & Outreach), Ambjent Malta Division, MEER
4
Director
(Finance & Administration), Operations Division, MEER
4
Director
(Legal Affairs), Operations Division, MEER
4
Director
(Programme Implementation - Energy), Implementation Division, MEER
4
Director
(Strategic Outreach), Sustainable Development Division, MEER
4
Director
(State Aid), MFF
4
Director
(EU Affairs), Operations Division, MFF
4
Director General
(Corporate Services & IT), MFF
3
Director
(Taxpayer Services), Tax Operations Division, MFF*
4
Director
(International Direct Taxation), Legal, Policy Technical & International Affairs Division, MFF*
4
Director
(Policy Development & Programme Implementation), MFT
4
Director
(Maritime Affairs), Strategy & Policy Division, MSM
4
Director
(Corporate Services), MFEA
4
Head
(COREPER II Coordination), MFEA
4
Head
(ICT), Office of the Chief Information Officer, MFEA
4
Director General
(Local Government), MLGP
3
Director
(Strategy & Policy Implementation), Local Government Department, MLGP
4
Director
(Internal Audit & Assurance), MLGP
4
Director
(Fleet, Plant & Logistics), Cleansing & Maintenance Department, MLGP
4
Director
(Human Resources), Cleansing & Maintenance Department, MLGP
4
Director
(Archives & Communication), Public Works Department, MLGP
4
Director
(Public Projects), Public Works Department, MLGP
4
Director
(Projects), Civil Protection Department, MHS
4
Director
(EU & International Affairs), Policy, Programme Implementation & Legal Affairs Division, MHS
4
Director
(Strategy & Support), Malta Police Force, MHS
4
Director
(Culture), MACH
4
Director
(Corporate Services), MACH
4
Director
(Support Services), MYWI
4
Director General
(Strategy & Support), MER
3
Director
(Integration), MER*
4
Director
(Policy Development & Programme Implementation), MER
4
Director
(Corporate Services), MER
4
Skali ta' salarju 3 u 4.

Dmirijiet

Il-position descriptions għal kull waħda mill-pożizzjonijiet maħruġa jistgħu jkunu aċċessati minn din il-ħolqa.

Il-position descriptions tal-erba' pożizzjonijiet maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern għal persuni li m'humiex fis-servizz pubbliku jistghu jkunu aċċessati minn din il-ħolqa.

Eliġibbiltà

Eliġibbiltà

Appendiċi A - Uffiċjali oħra b’poteri statutorji li huma mniżżlin fit-tieni taqsima tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u pożizzjonijiet oħra ta’ Direttur Ġenerali jew Direttur li mhumiex imniżżlin

Biex ikunu eliġibbli għal dawn il-pożizzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:

(a) Uffiċjali pubbliċi għolja bi grad sostantiv ikkonfermat attwali jew preċedenti fi Skala 7 jew ogħla ;jew

(b) Uffiċjali pubbliċi għolja li servew għal total aggregat ta’ erba’ (4) snin fis-Servizz / Settur Pubbliku f’pożizzjonijiet kklassifikati fi Skala 7 jew ogħla, u

(c) Profiċjenti u kapaċi jikkomunikaw b’mod effettiv kemm verbalment kif ukoll bil-kitba kemm bil-lingwa Maltija kif ukoll bil-lingwa Ingliża.

Eliġibiltà (Applikanti minn barra s-Servizz Pubbliku)

Dawk eliġibbli għal din il-pożizzjoni jridu jkunu:

(a) sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu ċittadini Maltin;

(b) l-applikanti jrid ikollhom record ippruvat ta’ esperjenza aggregate ta’ erba’ (4) snin fil-livell ta’ tmexxija għolja komparabbli ma’ dik ta’ pożizzjonijiet klassifikati fi skala 7 jew ogħla fis-Servizz Pubbliku flimkien ma’ livell MQF 6 jew ogħla f’oqsma relatati;

(ċ) l-applikanti jridu jippreżentaw ċertifikat tal-kondotta riċenti maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux qabel xahar mid-data li tkun ħarġet din is-sejħa għall-applikazzjonijiet u jgħidu jekk qatt kinux impjegati fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, u jagħtu d-dettalji; u

(d) kapaċi jikkomunikaw tajjeb bil-kliem u bil-kitba bl-ilsien Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Il-kandidati jistgħu japplikaw għal massimu ta’ żewġ pożizzjonijiet skont il-preferenza tagħhom. Il-Kumitat Konsultattiv għal Ħatriet Anzjani (SAAC) jidentifika liema minn dawk il-kandidati eliġibbli huma kompetenti biex jimlew dik il-pożizzjoni vakanti.
Għalkemm il-kandidati prospettivi jistgħu jindikaw sa massimu ta’ żewġ pożizzjonijiet tal-għażla tagħhom, huwa l-Kumitat Konsultattiv għal Ħatriet Anzjani (SAAC) li jinnomina lill-kandidat għal kwalunkwe pożizzjoni vakanti.

Uffiċjali li preżentament jokkupaw kariga ta’ Kap u li servew mill-inqas sena mit-terminu tal-Performance Agreement attwali jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni msemmija f’dan l-avviż, kemm-il darba jkunu ssodisfaw il-ħtiġiet ta’ eliġibbiltà pertinenti. Il-kriterju li wieħed irid ikun għamel minn tal-inqas sena mit-terminu tal-Performance Agreement attwali ma japplikax għal min ikun ser japplika f’pożizzjoni ogħla.
Ministeru/Dipartiment:Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni
Persuna lil min tikkuntattja:Sra Paula Zahra
Indirizz:
Management Support Directorate
Uffiċċju tal-Prim Ministru Berġa ta' Kastilja
Il-Belt Vallettas - VLT 1061
Numru tat-Telefon:2200 1510
Imejl:[email protected]


  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.