Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Assistant Project Officer (NISC) fid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili.
Salarju
3.1
(a) Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’ Assistant Project Officer, għal dawk l-applikanti li jidħlu fil-grad bir-rekwiżiti ta' eliġibilita' ta' paragrafu 5.1 (iii), huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 11 (ekwivalenti għal € 27,310 fl-2026), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra wara l-perjodu ta' prova/probation ta' sitt (6) xhur jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar.
(b) Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta' Assistant Project Officer, għal dawk l-applikanti li jidħlu fil-grad bir-rekwiżiti ta; eliġibilita' ta' paragrafu 5.1 (iv), huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta' Skala ta' Salarju 12 (ekwivalenti għal €25,586 fl-2026), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra wara l-perjodu ta' prova/probation ta' sitt (6) xhur jew tlestija ta' sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar.
3.2 Persuna magħżula tkun intitolata wkoll għal allowance fissa ta' €1,500 fis-sena.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Assistant Project Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:
- kapaċi jikkomunikaw bil-Malti u l-Ingliż sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;
U
iii. (a) ikunu fil-pussess ta' Diploma rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fil-Project Management jew Management Studies jew European Studies jew Business Administration jew Creativity and Innovation jew Quality Assurance Management jew Evidence Based Management jew Edukazzjoni jew Psikoloġija jew Drittijiet tal-Bniedem jew Studji Umanitarji jew Studji dwar Migrazzjoni jew Liġi jew Politika Pubblika jew Antropoloġija jew Arti jew Kriminoloġija jew Relazzjonijiet Internazzjonali jew Accountancy jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-maniġment; jew
(b) Uffiċjali Pubbliċi fi Skala ta' Salarju mhux inqas minn Skala 14, jew impjegati tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jew impjegati tal-RSSL, li qegħdin f'livell ta' responsabilita' komparabbli, u li għandhom tliet (3) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti għall-pożizzjoni.
JEW
iv. (a) fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 120 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fil-Lingwi jew Xjenzi jew Matematika jew Ekonomija jew Storja jew Marketing jew Filosofija jew Psikoloġija jew Soċjoloġija jew Management jew Business Administration jew Accountancy jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-maniġment; jew
(b) Uffiċjali Pubbliċi fi Skala ta' Salarju mhux inqas minn Skala 15, jew impjegati tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jew impjegati tal-RSSL, li qegħdin f'livell ta' responsabilita' komparabbli, li għandhom ħames (5) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti għall-pożizzjoni.
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbla ma' 120/60 ECTS krettu, hekk kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.
Korsijiet qosra li jwasslu għal awards, b’differenza mill-kwalifiki, ma jkollhomx in-numru meħtieġ ta’ kretti ECTS fil-livell tal-MQF rispettiv u, għalhekk, ma jiġux ikkunsidrati għal finijiet ta’ eleġibilità.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi revokata.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | MER / Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem |
Contact Persons : | Sa. Cheryl Ann Vella |
Address : | A3 Towers, Triq l-Arkata, Paola |
Telephone : | 22263210 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.