Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Uffiċjal Edukattiv

     Nru. ta' Referenza Gazetta tal-Gvern datata 21/02/2025


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Tagħlim u Edukazzjoni Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 21/02/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 10/03/2025 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A  
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq ​jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t' abbuż fuq it-tfal m' huwa tollerat. Fil-proċess tar-Reklutaġġ, il-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).  
  1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR), jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Uffiċjal Edukattiv fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni:
(i) Uffiċjal Edukattiv (Educational Support Services) (EO-ESS)  
  • Inclusive Education 
(ii) Uffiċjal Edukattiv (Service Provision) (EO-SP)  
  • Physical Education
  • SpLD (Specific Learning Difficulties) 

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12) -il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Uffiċjal Edukattiv huwa ta’ Skala ta' Salarju 5, li fis-sena 2025 huwa ta’  €34,185.98 fis-sena, li jiżdied b’ €640.67 fis-sena sa massimu ta’ €38,030.00 .

2.3 Uffiċjal Edukattiv fi Skala ta' Salarju 5 b' ħamsa u għoxrin (25) sena skolastika esperjenza fi kwalunkwe grad kopert fil-Ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers (MUT) iffirmat fil-15 ta' Lulju 2024 u fil-Ftehim dwar Student Support Services Grades iffirmat fil-21 ta' Awissu 2021, li ħames (5) snin minnhom ikunu servizz fil-grad ta' Uffiċjal Edukattiv, jitla’ fi Skala ta' Salarju 4 bħala Uffiċjal Edukattiv, li fis-sena 2025 huwa ta' €41,530.00. Progressjoni hija efettiva mid-data ta' kisba ta' snin rikjesti kif stipulat fil-Ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers (MUT) iffirmat fil-15 ta' Lulju 2024, skont liema minnhom jiġi l-iktar tard. Kull sena skolastika ta' esperjenza ta' tagħlim bħala Għalliem Supplimentari tgħodd għas-snin tal-progressjoni kif rikjest fil-klawsola imsemmija. 

2.4 Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra, u suġġetta għal kundizzjonijiet u obbligi oħra kif jistgħu jkunu stipulati fil-Ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers (MUT) kif iffirmat fil-15 ta' Lulju 2024. 

2.5 Il-grad ta’ Uffiċjal Edukattiv huwa grad maniġerjali b’siegħat ta’ servizz ġenerali.

2.6 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.
2.7 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Il-kandidat/i magħżul/a jkun/u meħtieġ/a jimla/jimlew id-Dikjarazzjoni disponibbli fl-Appendiċi  1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn), peress li din il-kariga hija fi skala ta’ salarju 5 jew ogħla.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Uffiċjal Edukattiv jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża; u

iii. fil-pussess ta' Warrant Permanenti ta' Għalliem; u

iv. għandhom mhux anqas minn għaxar (10) snin skolastiċi esperjenza ta' tagħlim; u

v. erba' (4) snin skolastiċi ta' servizz fil-grad ta' Deputy Head of School, Kap ta' Dipartiment jew f' irwoli ta' leadership fi ħdan instituzzjonijiet tal-edukazzjoni, u

vi. erba' (4) snin skolastiċi esperjenza ta' tagħlim fis-suġġett/ grupp ta' suġġetti jew qasam, imsemmija f' paragrafu 1 (i) u (ii). 

Snin ta' servizz part-time imsemmija hawn fuq, se jinħadmu fuq bażi pro-rata. 

Kif tipprovdi l-klawsola 34(2) tal-Ftehim Settorjali bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Malta Union of Teachers iffirmat fit-23 ta’ Awissu 2010, Instructors li kisbu l-grad ta’ Għalliem (Personal Basis) u li jissodissfaw il-kriterji ta’ eliġibilita’ imsemmijja f’paragrafu 4.1 hawn fuq, jitqiesu eliġibbli ukoll. Qed ikun iċċarat li s-snin ta’ esperjenza fit-tagħlim fil-grad ta’ Instructor jitqiesu bħala snin ta’ esperjenza fit-tagħlim għal fini ta’ paragrafu 4.1 (iv) u (vi) hawn fuq.

Esperjenza ta' tagħlim tiġi kkunsidrata bħala kwalunkwe esperjenza fi kwalunkwe grad kopert fil-Ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers (MUT) iffirmat fil-15 ta' Lulju 2024 u fil-Ftehim dwar Student Support Services Grades iffirmat fil-21 ta' Awissu 2021.


Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

   
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

Ministry / Department :

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Contact Persons :

Riżorsi Umani 

Address :

Triq l-Assedju l-Kbir, Furjana

Telephone :

2598 0000

Email address :

[email protected] 

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.