Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Din is-sejħa qed tieħu post is-sejħa għall-Pożizzjoni ta Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse fis-Servizz Pubbliku ta' Malta datata 16 ta' Frar 2024. Applikanti li diġa’ applikaw fit-termini tal-imsemmija sejħa m’għandhomx għalfejn jerġgħu japplikaw.
1. Is-Segretarju Permanenti (Saħħa) u Is-Segretarju Permanenti (Anzjanità Attiva) jilqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse fis - Servizz Pubbliku ta' Malta.
Salarju
3.1 Is-salarju ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse bid-Diploma f'Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS/ ECVET krediti) huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2024 huwa ta’ €21,236.00 fis-sena, li jiżdied b’€354 fis-sena sa massimu ta’ €23,360.00
Persuna fil-grad ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse (bid-Diploma) titla' minn Skala ta' Salarju 12 għal Skala ta' Salarju 10 (li fis-sena 2024 hu €24,085.98 x €407.67 - €26,532.00 fis-sena) wara tliet (3) snin servizz fil-grad jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.
Persuna fil-grad ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse (bid-Diploma) titla' minn Skala ta' Salarju 10 għal Skala ta Salarju 9 (li fis-sena 2024 hu €25,589.02 x €447.33 - €28,273.00 fis-sena) suġġett għall-kisba tal-warrant relevanti biex tipprattika U mat-tlestija ta' ħames (5) snin ekwivalenza sħiħa ta' servizz sodisfaċenti fil-grad.
Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse bid-Diploma li jiksbu Degree BSc. fin-Nursing / Mental Health Nursing fil-Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti), jew l-ekwivalenti tagħha kif iddeterminat mill-Management, matul il-kors tal-impjieg tagħhom, huma immedjatament imqiegħda fi Skala 10 u mbagħad jitilgħu għal Skala 9 wara sentejn (2) bid-Degree jew ħames (5) snin servizz fil-klassi u lkisba tal-warrant, skond liema jiġi l-ewwel.
3.2 Is-salarju għall- Pożizzjoni ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse bil-BSc (Nursing) degree f'Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti), jew l-ekwivalenti tagħha hekk kif jiġi ddeterminat mid-Dipartiment tas-Saħħa, wara konsultazzjoni mal-Kunsill tal-infermiera u l-Qwiebel (Malta), huwa Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2024 hu €24,085.98 fis-sena, li jiżdied b'€407.67 fi-sena sa massimu ta' €26,532.00
Persuna fil-grad ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse (bid-Degree) titla' minn Skala ta' Salarju 10 għal Skala ta' Salarju 9 (li fis-sena 2024 hu €25,589.02 x €447.33 - €28,273.00 fis-sena) wara sentejn (2) servizz bħala Staff Nurse (bid-Degree) fi Skala 10, jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti..
3.3 Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse li minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3.1 jew fil-paragrafu 3.2, għandha fil-pussess tagħha postgraduate Masters Degree xierqa fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 90 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti*), jew Dottorat fil-Livell 8 tal-MQF għandu jitpoġġa immedjatament fi Skala ta' Salarju 8 (li fis-sena 2024 hu €27,179.02 x €486.83 - €30,100.00 fis-sena) bħala Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse.
3.4 Qed jiġi nnutat li s-salarju marbut mal-post ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse hu supplimentat b'allowances hekk kif speċifikat fil-ftehim settorali fis-seħħ iffirmat bejn il-Gvern ta' Malta u l-Union ta' Malta għall-Qwiebel u Infermiera.
Dmirijiet
4.1 Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma' dan il-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li jista' jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq [email protected]
4.2 Persuni maħtura jiġu stazzjonati f'Ministeru rispettiv skont l-esiġenzi tas-servizz u ittri ta' ħatra jinħarġu mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru rispettiv.
4.3 Il-kandidati magħżulin jistgħu jkunu meħtieġa jaħdmu fuq bażi ta' shift li jinkludi xogħol bil-lejl skont rosters stabbiliti.
Eliġibbiltà
5.1 (i) Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjoni, l-applikanti jridu jkunu ċittadini ta’ pajjiżi terzi u jissodisfaw ir-rekwiżiti ddikjarati fil-paragrafi 5.1 (ii) sa 5.2. Il-ħatra ta’ dawn il-kandidati tkun mingħajr preġudizzju għall-applikant li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ eliġibbiltà u li jingħata permess tax-xogħol skont ir-regolamenti nazzjonali applikabbli, kif ukoll li jkun jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dħul fit-territorju Schengen. Kull proċess isir b’mod indipendenti u suġġett għall-ipproċessar ta’ diliġenza dovuta mill-awtoritajiet kompetenti Maltin.
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta' dawn il-kandidati tkun jeħtieġu l-ħruġ ta’ liċenzja ta’ impjieg safejn dan ikun meħtieġ mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġislazzjoni sussidjarja.
(ii) (a). profiċenti fil-lingwa Maltija. Għaldaqstant, kandidati li mhumiex profiċjenti fil-lingwa Maltija xorta ser jiġu kkunsidrati imma għandhom jipprovdu evidenza ta' profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija qabel il-konferma tal-ħatra li hi fiż-żmien sena (1) mill-ingaġġ fil-kas ta' Nurses appuntati bid-Degree, u sitt (6) xhur fil-kas ta' Nurses appuntati bid-Diploma, billi jgħaddu b'suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 tal-Universita' ta' Malta. Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Kors in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Universita' ta' Malta. Nurses impjegati b'Diploma li ma' jkunux kisbu dan iċċertifikat fi żmien ta' prova ta' sitt (6) xhur, jingħataw estensjoni ta' darba ta' sitt (6) xhur biex jiksbu b'suċċess dan iċ-ċertifikat, qabel il-konferma tal-ħatra tagħhom. Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidati prospettivi magħżula. Madankollu, tali spejjeż jistgħu jiġu applikati biex jitħallsu lura permezz tal-iSkema tal-Continuous Professional Development (CPD).
U
(ii) (b). profiċjenti fil-lingwa Ingliża;
Billi
- jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja fin-Nursing ġiet segwita bil-lingwa Ingliża;
JEW
- jipprovdu, sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (international English Language Testing System) ta' band score medju ta' 6 jew ogħla f'dominji ta' komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta' band score medju ta' 6) eż. GCSE / Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT) : 60-80, CEFR : B2 jkunu wkoll aċċettati;
JEW
- billi jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta' xogħol iċċertifikata full-time bħala infermiera rreġistrata fir-Renju Unit jew l-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellem l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa l-lingwa primarja u/jew uffiċjali.
U
(iii) fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'Livell 5 tal-MQF (b'minimu ta' 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti) f'Nursing / Mental Health Nursing jew kwalifika professjonali komparabbli miksuba minn Università/Istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea U jkollhom ċertifikat ta' reġistrazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) bħala Infermiera fl-Ewwel Livell (First Level Nurse), jew ikollhom isimhom imniżżel fit-Taqsimiet Speċjali tar-Reġistru miżmum mill-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) għar-rigward ta' Infermiera mħarrġa f'oqsma speċjali differenti rikonoxxuti mill-imsemmi Kunsill;
JEW
(iv) fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti) f'Nursing / Mental Health Nursing jew kwalifika komparrabbli miksuba minn Università/Istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea U jkollhom ċertifikat ta' reġistrazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) bħala Infermiera fl-Ewwel Livell (First level Nurse), jew ikollhom isimhom imniżżel fit-Taqsimiet Speċjali tar-Reġistru miżmum mill-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) għar-rigward ta' Infermiera mħarrġa f'oqsma speċjali differenti rikonoxxuti mill-imsemmi Kunsill.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 jew 5.2 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://recruitmentadmin.gov.mt//attachments/2024_02_13_11_45_06_General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sat-28 ta’ Frar, 2025. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
5.3 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Diviżjoni tal-People Management Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva |
Contact Persons : | Ms. Maureen Mahoney (Direttur Ġenerali, People Manangement) |
Address : | 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti Valletta, VLT 1171 |
Telephone : | +356 2299 2604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.