Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport (MES) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m' huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, il-MES jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).
1.1 Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport (MES) jilqa’ applikazzjonijiet minn Learning Support Educators li rtiraw, li servew fi skejjel liċenzjati kemm statali u kemm mhux statali li joffru edukazzjoni obbligatorja biex jwettqu dmirijiet ta’ Learning Support Educator fi ħdan il-Kulleġġi Statali fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport biex iservu f’Malta u/jew Għawdex għal perjodu definit fuq bażi full-time, kif u meta jkun meħtieġ.
Salarju
3.1 Learning Support Educators irtirati li ġew magħżula biex jirritornaw, se jitħallsu fuq l-Iskala tas-Salarju u step bbażżat fuq meta irtiraw, inkluż l-allowances kollha rilevanti applikabbli, mal-preżentazzjoni tal-evidenza (testimonjanzi /dokumenti) ghas-sodisfazzjon tal-maniġment.
3.2 Il-mid-day break supervision jitħallas fis-siegħa bir-rata applikabbli stabbilita kull sena skolastika.
3.3 Il-persuna magħżula tkun intitolata ukoll ghall-bonus annwali u weekly income supplement, sakemm dawn ma jkunux digà qed igawdu minnu taħt xi waħda mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Retired Learning Support Educators jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;
iii. Learning Support Educators irtirati u li laħqu l-età tal-irtirar (mhux aktar minn sebgħin (70) sena).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport |
Contact Persons : | Dipartiment tal-People Management |
Address : | Triq l-Assedju l-Kbir, Furjana |
Telephone : | 2598 0000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.