Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Graduate Engineer (Mechanical)/ Junior Engineer (Mechanical)/Engineer (Mechanical)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 17/07/2020


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 17/07/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 31/07/2020 13:30

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Id-Direttur (People Management), Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Graduate Engineer (Mechanical)/ Junior Engineer (Mechanical)/ Engineer (Mechanical) fil-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali. 

2.1. Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax -il (12) xahar.

2.2. Is-salarju ta’ Graduate Engineer (Mechanical) huwa ta’ Skala ta' Salarju 10 (li fis-sena 2020 huwa ta’ €20,603 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23,049).

2.3 Persuna fil-grad ta’ Graduate Engineer (Mechanical) tiġi promossa għall-grad ta’ Junior Engineer (Mechanical) fi Skala ta’ Salarju 9 (€21,933 x €447.33 - €24,617), wara li tkun kisbet il-Warrant biex tipprattika l-professjoni ta’ Engineer u jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4 Persuna magħżula li jkollha il-Warrant biex tipprattika l-professjoni ta’ Engineer tinħatar Junior Engineer (Mechanical) fi Skala ta’ Salarju 9 (€21,933 x €447.33 - €24,617), filwaqt li jekk il-persuna magħżula jkollha mill-inqas tliet (3) snin prattika professjonali wara li tkun kisbet il-Warrant tinħatar mill-ewwel Engineer (Mechanical) fi skala ta’ Salarju 8 (€23,358 x €486.83 - €26,279).

2.5 Persuna fil grad ta’ Junior Engineer (Mechanical) tiġi promossa għall-grad ta’ Engineer (Mechanical) fi Skala ta’ Salarju 8 (€23,358 x €486.83 - €26,279) wara sentejn (2) servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.6 Persuna fil-grad ta’ Engineer (Mechanical) fi Skala ta’ Salarju 8, li jkollha mill-inqas tmien (8) snin ta’ prattika professjonali fis-Servizz Pubbliku/Settur Pubbliku wara li tkun kisbet il-Warrant, titla’ għal Skala ta’ Salarju 7 (€24,894 x €531.17 - €28,081) jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti, filwaqt li ż-żmien kwalifikanti ta’ tmien (8) snin jitnaqqas għal sitt (6) snin fil-każ ta’ Engineers li jkollhom kwalifika ta’ wara l-gradwazzjoni approvata

2.7 Persuna fil-grad ta’ Junior Engineer (Mechanical) fi skala ta’ Salarju 9 u persuna fil-grad ta’ Engineer (Mechanical) fi Skala ta’ Salarju 8, tkun intitolata wkoll għal Performance Bonus sa massimu ta’ 15% tas-Salarju bażiku tagħha fis-sena, kif ukoll tingħata market corrector ta’ €1,500 fis-sena.

Persuna fil-grad ta’ Engineer (Mechanical) fi Skala 7 tkun intitolata għal Performance Bonus sa massimu ta’ 15% tas-Salarju bażiku tagħha fis-sena, kif ukoll tingħata market corrector ta’ €2,500 fis-sena.

2.8 Il-persuna nnominata tkun intitolata għal benefiċċji oħra u soġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Union kompetenti.

2.9 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.

Dmirijiet

3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-post ta' Graduate Engineer (Mechanical)/ Junior Engineer (Mechanical)/ Engineer (Mechanical) fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkulari.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji.
Ghandu jintalab il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
  1. kapaċi jikkomunikaw bil-Malti u l-Ingliż;
  2. fil-pussess ta’ kwalifika Bachelor’s rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 180 ECTS/ECVET credits, jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi mibdija minn Ottubru 2003) fl-Inġinerija Mekkanika jew kwalifika professjonali kumparabbli, li fiż-żmien relevanti, tkun rikonoxxuta mill-Engineering Board għall-għoti tal-Warrant tal-Inġinerija kif irregolat mill-provizzjoni f’Kapitolu 321 tal-Att VII tal-1988 (Engineering Profession Act) fil-Kodiċi Ċivili.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta’ Masters f’livell 7 ta’ MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta’ 60 ECTS/ECVETS krediti, fir-rigward ta’ korsijiet li bdew minn Ottubru 2008. 

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4. L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.5. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Ministry / Department :
Ministry for Transport, Infrastructure and Capital Projects
Contact Person :
Customer Care Unit
Address :
Block A, Francesco Buonamici Street, Floriana FRN1700
Telephone :
22927864
Email address :

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.