Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Higher Specialist Trainee (Rehabilitation Medicine) fid-Dipartiment tal-Geriatrics

     Nru. ta' Referenza Government Gazette dated 16/10/2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 16/10/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 30/10/2026 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tad-deputat tal-Prim Ministru u l-Ministeru tas-saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A  
Ara d-dokument Annex B 
Ara d-dokument Ammendement Notice  
1. Is-Segretarju Permanenti, Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Higher Specilaist Trainee (Rehabilitation Medicine) fid-Dipartiment tal-Geriatrics fl-Uffiċċju tad- Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa.

3.1 Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’  Higher Specialist Trainee huwa ekwivalenti għall-massimu tal-Iskala tas-Salarju 6 (li fis-sena 2026 huwa ta’ €37,509.00 fis-sena), bi grad sostantiv ta’ Senior Staff Grade li jibda mit-tielet stadju tal-Iskala tas-Salarju 6 (li fis-sena 2026 huwa ta’ €35,123.68).

3.2 Higher Specialist Trainee għandu jirċievi Allowance ta’ Speċjalizzazzjoni ta’ €6,530 fis-sena għall-ewwel sentejn (2) li jitħallas fi tlettax-il pagament indaqs kull sena.

3.3 Higher Specialist Trainee għandu jirċievi Allowance ta' Speċjalizzazzjoni ta' €7,050 mit-tielet sena 'l quddiem, li jitħallas fi tlettax-il pagament indaqs kull sena.

Dmirijiet

4.1 Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’  Higher Specialist Trainee jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

4.2 Persuna maħtura tista’ tintalab twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz tal-kura tas-saħħa f’Malta u/jew Għawdex, skont id-diskrezzjoni tal-maniġment.

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:

      ii. kapaċi jikkomunika bil-lingwa Maltija u bl-Ingliż;
     iii.ikollhom l-warrant biex jipprattikaw (reġistrazzjoni sħiħa bħala prattikant mediku mal-Kunsill Mediku ta’ Malta) U
     iv. ​fil-pussess ta’ Ċertifikat tat-Tlestija tat-Taħriġ Bażiku Speċjalizzat (CCBST)  fil-General/Internal Medicine or CCBST in Surgery or CCBST in Accident and Emergency or CCBST in Paediatrics or CCBST in Psychiatry or CCBST in Anaesthesia and Intensive Care or CCST in Family Medicine maħruġ mill-Kumitat tal-Akkreditazzjoni tal- Ispeċjalisti (SAC) ta’ Malta jew ekwivalenti sa' 31ta' Marzu 2027.

5.2 Qed jiġi ċċarat li qabel ma jinħatru, l-applikanti li japplikaw għall-pożizzjoni ta' Higher Specialist Trainee Radiology jirrikjedi li ikollhom CCBST fil-General/ Internal Medicine or CCBST in Surgery or CCBST in Accident and Emergency or CCBST in Paediatrics or CCBST in Psychiatry or CCBST in Anaesthesia and Intensive Care or CCST in Family Medicine jew ekwivalenti.

5.3 Applikanti li l-CCBST tagħhom, jew kwalifika ekwivalenti, tkun ingħatat minn entità oħra għajr l-Specialist Accreditation Commitee (SAC) ta’ Malta, iridu jiksbu mingħand l-SAC ta’ Malta dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent li tikkonferma l-komparabbiltà tal-kwalifika tagħhom mas-CCBST rilevanti.

5.4 Id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent rilevanti għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni, u l-oriġinal għandu jiġi ppreżentat waqt l-intervista. Applikanti li qed jistennew ir-rikonoxximent jistgħu japplikaw, iżda jridu jissottomettu d-dikjarazzjoni fi żmien xahar (1) mid-data tal-għeluq.

5.5 Tista’ tingħata estensjoni sa xahar (1) ieħor meta d-dewmien ikun lil hinn mill-kontroll tal-applikant. Kwalunkwe estensjoni oħra teħtieġ li tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.

5.6 Il-kandidati jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq, jew jiksbu l-approvazzjoni għalihom, mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2027 qabel ma jinħatru u fi ħdan il-perjodu ta’ validità tar-riżultat oriġinali, li huwa ta’ sena (1) kalendarja mid-data tal-pubblikazzjoni. Il-kandidati ma jiġux ikkunsidrati għall-ħatra jekk l-iskadenza stipulata għas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti msemmija hawn fuq ma tiġix osservata. 

Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal din il-kariga jridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi jew fergħa tal-karriera differenti jew f’pożizzjoni b’terminu definit; madankollu, jistgħu japplikaw għal grad jew pożizzjoni aktar baxxa anki jekk ma jkunux ikkonfermati, kemm jekk fl-istess fergħa kif ukoll jekk le.

L-uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad aktar baxx anki jekk ma jkunux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.

5.7 Il-kandidati jridu jkunu eliġibbli biex jieħdu l-ħatra dovuta lilhom, skont il-paragrafi 5.1 – 5.6 t’hawn fuq, mhux biss sad-data u l-ħin tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

Ministry / Department :

Uffiċċju tad- Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-saħħa

Contact Persons :

 Dr. Renzo De Gabriele

Segretarju Permanenti

Address :

Direttorat tal-People Management,
15, Palazzo Castellania,
Triq il-Merkanti,
Valletta VLT 1171

Telephone :

 +356 22992604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.