Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Manager II

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/OPM 24/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 05/06/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 19/06/2026 13:30
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru
    Dipartiment: Diviżjoni tal-Koordinazzjoni u Implimentazzjoni

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A - Manager II_C&I 
1. Id-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni), Uffiċċju tal-Prim Ministru, tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Manager II fid-Diviżjoni tal-Koordinazzjoni u l-Implimentazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax (12) -il xahar.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ probation/prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra. 

2.3 Is-salarju ta’ Manager II huwa ta’ Skala ta’ Salarju 7, li fis-sena 2026 huwa ta’ €32,158.00 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €35,345.02.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Manager II fi Skala ta' Salarju 7 li ikollhom Masters degree rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 90 krettu ECTS jew ekwivalenti*) titla’ fi Skala ta’ Salarju 6 (€33,931.02 x €596.33 - €37,509.00 fis-sena 2026) wara tliet (3) snin servizz bħala  Manager II fi Skala ta’ Salarju 7, jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.

*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS.

2.5 Persuna fil-grad ta’ Manager II fi Skala ta' Salarju 7 li għandha degree ta’ Baċellerat rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS jew ekwivalenti*) titla’ fi Skala ta’ Salarju 6 (€33,931.02 x €596.33 - €37,509.00 fis-sena 2026) wara sitt (6) snin servizz  bħala Manager II fi Skala ta' Salarju 7, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

*Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu ECTS. 

2.6 Il-persuni maħtura jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 15% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti, u ħlas ta' allowance tal-klassi annwali ta €2,000, suġġett għall-politiki tal-Amministrazzjoni Ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.
2.7 Mhux ser jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra.  Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.
2.8 Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

2.9 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

​Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).  

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Manager II jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu: Pubbliċi jew Ħaddiema tas-Settur Pubbliku li huma ssekondati mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Ħaddiema tal-RSSL. Uffiċjali Pubbliċi li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw;

(i) ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u dik Ingliża;

U
(ii) ikollhom Masters degree rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 90 krettu  ECTS jew ekwivalenti*)  fil-Public Policy jew Business Administration jew Business Administration fil-Public Management, jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-Maniġment.

*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS.

JEW

(iii) ikollhom degree ta’ Baċellerat rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS jew ekwivalenti*) fil-Public Administration jew Public Policy jew Business Administration jew Public Management, jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-Maniġment u tmien (8) snin ta' esperjenza sodisfaċenti u rilevanti fil-Maniġment.

*Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu ECTS. 

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 (i) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.  L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar 'l isfel). 

4.3 Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir- raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

Ministry / Department :

Sezzjoni People Management, Direttorat Finanzi u Amministrazzjoni, Uffiċċju tal-Prim Ministru

Contact Persons :

Ms Shaznay Fenech

Ms Romina Brincat

Address :

Berġa ta' Kastilja, Valletta

Telephone :

2200 1067

2200 1016

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.