Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Annex A |
| Ara d-dokument | Call_English |
| Ara d-dokument | Call_Maltese |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Is-Segretarju Permanenti (Saħħa) u Segretarju Permanenti (Anzjanità Attiva), Ministeru għas- Saħħa u Anzjanità Attiva jilqaw applikazzjonijiet mingħand
1. Nurses jew Midwives li diġa laħqu l- età tal-irtirar (mhux aktar minn 70 sena) jew
2. Nurses jew Midwives li ħa jilħqu l-età tal-irtirar sal-31 ta’ Diċembru 2026
Dawn l-infermiera u l-qwiebel irtirati jew li se jirtiraw – kemm jekk uffiċjali pubbliċi attwali jew preċedenti jew individwi li qabel ma servewx bħala uffiċjali pubbliċi – huma mistiedna japplikaw biex iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta fuq bażi full-time jew part-time.
Salarju
Persuna magħżula titħallas skont ir-regoli u r-regolamenti applikabbli kif stabbiliti mis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, u li jirriflettu l-ftehim Settorali tal-Klassi tan-Nursing / Midwives.
Persuna magħżula fil-grad ta' Nurse jew Midwife irtirat/li ser jirtira li jirritorna fis-Servizz Pubbliku biex iwettaq dmirijiet fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta titħallas skont is-Salarju u l-iskala li fiha kienet irtirat / li ser tirtira.
Nurses jew Midwives li kellhom kariga maniġerjali qabel l-irtirar tagħhom għandhomjitqiegħdu fil-grad ta’ Senior Staff Nurse jew Senior Midwife (kif inhu applikabbli) fuq l-iskala massima 7.
Dmirijiet
Skont l-Anness A mehmuż.
Eliġibbiltà
Il-kandidati jrid ikollhom l-istess rekwiżiti li s-soltu jkunu meħtieġa għal gradi bħal dawn fis- Servizz Pubbliku ta’ Malta inkluż ir-reġistrazzjoni mal-Kunsill għall-Infermiera u Qwiebel Malta u profiċjenza fil-lingwa Maltija u Ingliża.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva |
Contact Persons : | Ms. Maureen Mahoney (Direttur Ġenerali, People Management) |
Address : | 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta VLT1171 |
Telephone : | +356 2299 2604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.