Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    POST TA' SENIOR PUBLIC CLEANSING FOREMAN FIL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

     Nru. ta' Referenza Cirkulari Nru. HR/MG 20/2019


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 20/09/2019 11:00
    Data tal-għeluq: 04/10/2019 12:00
    Ministeru: Ministeru għal Għawdex
    Dipartiment: Direttorat ekoGħawdex

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 

1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għal Għawdex jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Public Cleansing Foreman fil-Ministeru għal Għawdex.


2.1. Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur .

2.2. Is-salarju ta’ Senior Public Cleansing Foreman huwa ta’ Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2019 huwa ta’ €18,743 fis-sena, li jiżdied b’€375.17 fis-sena sa massimu ta’ €20,994 .

2.3. Persuna fil-grad ta’ Senior Public Cleansing Foreman titla’ fi Skala 10 (li fis-sena 2019 huwa €19,958 x €407.67 - €22,404 ) wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4. Il-persuna nnominata tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u soġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mniżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Unions kompetenti. 

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Senior Public Cleansing Foreman fil-Ministeru għal Għawdex jinkludu:

(a)  responsabbli għat-tmexxija tas-sezzjoni tiegħu/tagħha;

(b)  responsabbli mit-tqassim tal-ħaddiema tiegħu/tagħha bl-aħjar mod possibli;

(c)  responsabbli mill-infurzar tal-proċeduri tad-dixxiplina, puntwalita' u saħħa u sigurta' tal-ħaddiema kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu/tagħha;

(d)  tmexxija u mmaniġjar tal-Public Cleansing Foremen, Supervisor u l-ħaddiema kollha taħt ir-responsabbilita' tiegħu/tagħha;

(e)  tassisti lis-superjuri u lis-Senior Management tad-Direttorat fid-dmirijiet reletati mat-tindif pubbliku;

(f)  responsabbli għall-ħruġ ta' materjal mill-imħażen lill-ħaddiema taħt ir-responsabbilita' tiegħu/tagħha;

(g)  ko-ordinament ta' spezzjonijiet regolari fuq lantijiet tax-xogħol sabiex tassigura li xogħolijiet u proġetti assenjati jitlestew fl-iqsar żmien possibli waqt li tiġi assigurata l-aħjar kwalita` ta' xogħol;

(h)  ko-ordinament ma' Direttorati u ma' sezzjonijiet oħra fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, kif ukoll ma' Dipartiment u entitajiet oħra tal-gvern;

(i)  assistenza fit-tnedija ta' inizjattivi ġodda li jkun hemm bżonn jittieħdu mid-Direttorat jew sezzjonijiet oħra fil-Ministeru għal Għawdex;

(j)  tassigura li t-tindif ġenerali u t-tindif tal-bajjiet taħt is-superviżjoni tiegħu/tagħha jsiru skont l-istandards stabbiliti mis-Senior Management;

(k)  tagħmel użu minn sistemi tal-informatika kif stabbiliti mil-Ministeru għal Għawdex;

(l)  twettaq dmirijiet oħra kif meħtieġa mid-Direttur u/jew rappreżentanti tiegħu/tagħha;

(m)  dmirijiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku, skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni. 

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku li huma fil-grad ta' Public Cleansing Foreman.

4.2. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.2 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.4. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).

4.5. Uffiċjali Pubbliċi li jgħixu Għawdex iżda li jaħdmu Malta, u li għandhom grad sustantiv bħal ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, jistgħu japplikaw lateralment.  F'każ li jintagħżlu, dawn l-Uffiċjali Pubbliċi jiġu trasferiti għall-Ministeru għal Għawdex, u jżommu l-grad u s-salarju tagħhom.  Huwa kkjarifikat li dawn il-kandidati ma jingħatawx marki addizzjonali fil-proċess tal-għażla għall-pussess ta' kwalifiċi li huma rekwiżiti tal-eliġibilita' skont din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Ministry :

Ministeru għal Għawdex

Contact Person :

Isabella Grech

Address :

Fergħa tar-Riżorsi Umani

Direttorat tas-Servizzi Korporattivi

Ministeru għal Għawdex

Pjazza San Franġisk

Rabat Għawdex

Telephone :

22100224

Email address :

[email protected]



  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.