Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Graduate Engineer (Mechanical)/Junior Engineer (Mechanical)/Engineer (Mechanical) fil-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax-il (12) xahar.
2.2 Is-salarju ta’ Graduate Engineer (Mechanical) huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2026 huwa ta' €27,055.98 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €29,502.
2.3 Persuna fil-grad ta’ Graduate Engineer (Mechanical) tiġi promossa għall-grad ta' Junior Engineer (Mechanical) fi Skala ta' Salarju 9 (€28,701.02 x €447.33 - €31,385 fl-2026) wara li tkun kisbet il-Warrant biex tipprattika l-Professjoni ta' Engineer (Mechanical) u jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.
2.4 Persuna magħżula li jkollha l-Warrant biex tipprattika l-professjoni ta' Engineer (Mechanical) tinħatar Junior Engineer (Mechanical) fi Skala ta' Salarju 9 (€28,701.02 x €447.33 - €31,385 fl-2026), filwaqt li jekk il-persuna magħżula jkollha mill-inqas tliet (3) snin prattika professjonali wara li tkun kisbet il-Warrant tinħatar mill-ewwel Engineer (Mechanical) fi Skala ta' Salarju 8 (€30,405.02 x €486.83 - €33,326 fl-2026).
2.5 Persuna fil-grad ta' Junior Engineer (Mechanical) li tkun ikkonfermata fil-grad tiġi promossa għall-grad ta' Engineer (Mechanical) fi Skala ta' Salarju 8 (€30,405.02 x €486.83 - €33,326 fl-2026) wara sentejn (2) servizz fil-grad jew mal-kisba ta' tliet (3) snin prattika professjonali wara li tkun kisbet il-Warrant, liema minnhom ikun qabel u jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.
2.6 Persuna fil-grad ta' Engineer (Mechanical) fi Skala ta' Salarju 8, li jkollha erba' (4) snin servizz fi Skala 8, jew sentejn (2) servizz fi Skala 8 jekk tkun fil-pussess ta' kwalifika approvata ta' wara il-gradwazzjoni, titla għall-Skala ta' Salarju 7 (€32,158 x €531.17 - €35,345.02 fl-2026) jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.
2.7 Il-persuna nnominata tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u soġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Union kompetenti.
2.8 Il-persuna maħtura titħalla tipprattika l-professjoni b'xogħol privat sakemm:
a) Dan jitwettaq strettament barra l-ħinijiet uffiċjali tax-xogħol
U;
b) Dan ma jinterferix jew ma jikkonfliġġix mad-dmirijiet uffiċjali jew mal-esiġenzi tas-servizz. F'dan ir-rigward ilpersuna maħtura għandha tiżgura li qed topera skont il-Kodiċi tal-Etika u ta' Sezzjoni 6.2.3 tal-PSMC, u li ma twettaq l-ebda tip ta' xogħol barra mill-impieg tagħha mal-Gvern li jista' jmur kontra l-interessi tal-Gvern u/jew li jista' jwassal għal kunflitt ta' interess jew tfixkil fil-qadi tad-dmirijiet uffiċjali tagħha mal-Gvern. Xogħol privat għandu dejjem ikun bil-permess tas-Segretarju Permanenti.
2.9 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.
2.10 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Graduate Engineer (Mechanical)/ Junior Engineer (Mechanical)/ Engineer (Mechanical) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;
U;
iii. fil-pussess ta' degree ta' Baċellerat rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta ' 180 ECTS jew ekwivalenti*) fl-Inġinerija Mekkanika jew kwalifika professjonali kumparabbli, li fiż-żmien relevanti, tkun rikonoxxuta mill-Engineering Board għall-għoti tal-Warrant tal-Inġinerija kif irregolat mill-proviżżjoni f'kapitlu 321 tal-ATT VII tal1988 (Engineering Profession Act) fil-Kodiċi Ċivili.
*Kwalifika ta' Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċettabli biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 taddokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita' ta' Malta (mogħtija qabel l2009)b'inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċetabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita' ta' Malta li l-ammont ta' xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta' 180 krettu ECTS.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2 i. Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu ___ jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
ii. Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva |
Contact Persons : | Maureen Mahoney Direttur Ġenerali (People Management) |
Address : | Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, 15, Palazzo Castellania, Triq il-Merkanti, |
Telephone : | +356 22992604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.