Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Junior Clerk

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 09/01/2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 09/01/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 23/01/2026 11:00
    Ministeru: Il-Ministeri Kollha
    Dipartiment: Servizz Pubbliku ta’ Malta

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A - Dmirijiet / Duties 
1. Is-Segretarju Permanenti (Nies u Standards), Uffiċċju tal-Prim Ministru tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Junior Clerk fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Għall-konferma tal-ħatra tagħhom, dawk maħtura jridu jkunu temmew iż-żmien ta’ prova tagħhom u jridu jkunu temmew b’suċċess il-kors ta’ induzzjoni kif offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi.

2.3 Il-Junior Clerks iridu jsegwu course inhouse fl-IT Office Applications Skills wara l-ħatra.

2.4 Is-salarju ta’ Junior Clerk huwa ta’ Skala ta' Salarju 17, li fis-sena 2025 huwa ta’ €16,235 fis-sena, li jiżdied b’€244 fis-sena sa massimu ta’ €17,699.

2.5 Persuna fil-grad ta’ Junior Clerk fi Skala ta’ Salarju 17 titla’ fi Skala ta' Salarju 16 (€17,701 x €263 - €19,279 fis-sena 2026) wara erba’ (4) snin servizz fil-grad, u tkompli tiela’ għal Skala ta ’Salarju 15 (€19,111 x €298 - €20,899 fis-sena 2026) wara erba’ (4) snin servizz oħra fi Skala ta ’Salarju 16, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.6 Junior Clerks li jiksbu pass (mill-inqas fi Grad 5 fil-każ tal-eżamijiet taċ-ĊES, u Grad C jew 4 fil-każ tal-eżamijiet tal-Edexcel (London) jew livell komparabbli) f’ żewġ (2) suġġetti addizzjonali f’livell 3 tal-MQF, ikunu awtomatikament eliġibbli biex joqogħdu għal intervista għall-grad ta’ Clerical Officer fi Skala ta’ Salarju 15 (€19,111 x €298 - €20,899 fis-sena 2026).

2.7 Junior Clerks li jtemmu b ’suċċess il-kors rilevanti tat-TSI kif stabbilit mill-Istitut għas-Servizzi Pubblici jkunu awtomatikament eliġibbli biex joqogħdu għal intervista għall-grad ta’ Clerical Officer fi Skala ta’ Salarju 15 (€19,111 x €298 - €20,899 fis-sena 2026).

2.8 Il-postijiet allokati ser ikunu strettament skont il-prijorita’ kif iddeterminat mill-Amministrazzjoni, għal perjodu minimu ta’ sentejn (2) qabel ma jkunu jistgħu jintalbu trasferimenti. Tali postijiet ikunu suġġetti għad-disponibbiltà ta’ postijiet vakanti.

2.9 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.

2.10 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Junior Clerk jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu

i. a. ċittadini ta’ Malta; jew

b. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew

c. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew

d. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew

e. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew

f. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’

Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

ii. Mhux inqas minn sittax (16)-il sena;

iii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;

U

iv. Eliġibbli f’waħda mill-kategoriji t’hawn taħt (a jew b):

a. fil-pussess ta’ kwalifika li turi li għaddew fi tliet (3) suġġetti f’livell 3 tal-MQF jew ogħla jew livel komparabbli (*);

JEW

b. fil-pussess ta’ kwalifika li turi li għaddew f’żewġ (2) suġġetti f’livell 3 tal-MQF jew ogħla jew livel komparabbli (*) u mill-inqas tliet (3) snin esperjenza sodisfaċenti fil-qadi ta’ dmirijiet klerikali fis-Servizz Pubbliku.

(*) qed jiġi kkjarifikat li kwalifika li turi li għaddew f’livell 3 tal-MQF tista’ tinkludi kwalunkwe waħda mill-kwalifiki/ċertifikati li ġejjin:
  • Gradi 1 sa 5 fil-każ tal-eżamijiet taċ-ĊES;
  • Mill-inqas Grad C jew 4 fil-każ tal-eżamijiet tal-Edexcel (London) / eżamijiet ta’ Oxford;
  • Kwalifika sħiħa tal-VET f’livell 3 tal-MQF (l-istess parita’ ta’ stima bħal 6 suġġetti taċ-ĊES fi gradi 1 sa 5), jew ogħla, f’oqsma relatati mal-amministrazzjoni, finanzi, riżorsi umani u ekwivalenti;
  • Secondary School Qualification and Profile (SSQ&P) f’Livell 3 tal-MQF / Secondary School Certificate and Profile (SSC&P) f’Livell 3 tal-MQF;
  • Kwalifki/ċertifikati oħra rikonoxxuti komparabbli ma’ livell 3 tal-MQF, li huma aċċettati biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjon. (Suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument dwar Dispożizzjonijiet Ġenerali).
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
Ministry / Department:Office of the Prime Minister - People and Standards Division
Contact Person:Ms Marlene Debattista / Ms Silvana Portelli
Address:3, Castille Place, Valletta
Telephone:2555 2007 / 2200 1324
Email address:[email protected]


  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.