Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Duties |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Staff Nurse fuq bażi fis-Servizz Pubbliku ta' Malta.
Salarju
3.1 Is-salarju ta' Staff Nurse bid-Diploma f'Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS/ ECVET krediti) huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2023 huwa ta’ €20,270.04 fis-sena, li jiżdied b’€354 fis-sena sa massimu ta’ €22,394.04. Persuna fil-grad ta' Staff Nurse (bid-Diploma) titla' minn Skala ta' Salarju 12 għal Skala ta' Salarju 10 (li fis-sena 2023 hu €23,029.57 x €407.67 - €25,475.59 fis-sena) wara tliet (3) snin servizz fil-grad jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti. Persuna fil-grad ta' Staff Nurse (bid-Diploma) titla' minn Skala ta' Salarju 10 għal Skala ta Salarju 9 (li fis-sena 2023 hu €24,494.79 x €447.33 - €27,178.77 fis-sena) suġġett għall-kisba tal-warrant relevanti biex tipprattika U mat-tlestija ta' ħames (5) snin ekwivalenza sħiħa ta' servizz sodisfaċenti fil-grad.
Staff Nurse u Staff Nurse bid-Diploma li jiksbu Degree BSc. fin-Nursing fil-Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti), jew l-ekwivalenti tagħha kif iddeterminat mill-Amministrazzjoni, matul il-kors tal-impjieg tagħhom, huma immedjatament imqiegħda fi Skala 10 u mbagħad jitilgħu għal Skala 9 wara sentejn (2) bid-Degree jew ħames (5) snin servizz fil-klassi u lkisba tal-warrant, skond liema jiġi l-ewwel.
3.2 Is-salarju ta' Staff Nurse bil-BSc (Nursing) degree f'Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti), jew l-ekwivalenti tagħha hekk kif jiġi ddeterminat mid-Dipartiment tas-Saħħa, wara konsultazzjoni mal-Kunsill talInfermiera u l-Qwiebel (Malta), huwa Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2023 hu €23,029.57 fis-sena, li jiżdied b'€407.67 fi-sena sa massimu ta' €25,475.59. Persuna fil-grad ta' Staff Nurse (bid-Degree) titla' minn Skala ta' Salarju 10 għal Skala ta' Salarju 9 (li fis-sena 2023 hu €24,494.79 x €447.33 - €27,178.77 fis-sena) wara sentejn (2) servizz bħala Staff Nurse (bid-Degree) fi Skala 10, jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.
3.3 Staff Nurse li minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2.2. jew fil-paragrafu 2.3, għandha fil-pussess tagħha postgraduate Masters Degree xierqa fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 90 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti*), jew Dottorat fil-Livell 8 tal-MQF għandu jitpoġġa immedjatament fi Skala ta' Salarju 8 (li fis-sena 2023 hu €26,048.25 x €486.83 - €28,969.23 fis-sena) bħala Staff Nurse.
*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm ikun ivverifikat mill-MQRIC li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS/ECVET.
3.4 Qed jiġi nnutat li s-salarju marbut mal-post ta' Staff Nurse hu supplimentat b'allowances hekk kif speċifikat fil-ftehim settorali fis-seħħ iffirmat bejn il-Gvern ta' Malta u l-Union ta' Malta għall-Qwiebel u Infermiera.
Dmirijiet
4.1 Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Staff Nurse jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma' dan il-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li jista' jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq [email protected]
4.2 Persuni maħtura jiġu stazzjonati f'Ministeru rispettiv skont l-esiġenzi tas-servizz u ittri ta' ħatra jinħarġu mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru rispettiv.
4.3 Il-kandidati magħżulin jistgħu jkunu meħtieġa jaħdmu fuq bażi ta' shift li jinkludi xogħol bil-lejl skont rosters stabbiliti.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi u jissodisfaw ir-rekwiżiti ddikjarati fil-paragrafi 5.1 (ii). sa 5.2. Il-ħatra ta' dawn il-kandidati tkun jeħtieġu l-ħruġ ta’ liċenzja ta’ impjieg safejn dan ikun meħtieġ mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġislazzjoni sussidjarja.
ii (a). profiċenti fil-lingwa Maltija. Għaldaqstant, kandidati li mhumiex profiċjenti fil-lingwa Maltija xorta ser jiġu kkunsidrati imma għandhom jipprovdu evidenza ta' profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija qabel il-konferma tal-ħatra li hi fiż-żmien sena (1) mill-ingaġġ fil-kas ta' Nurses appuntati bid-Degree, u sitt (6) xhur fil-kas ta' Nurses appuntati bid-Diploma, billi jgħaddu b'suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 tal-Universita' ta' Malta. Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Kors in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Universita' ta' Malta. Nurses impjegati b'Diploma li ma' jkunux kisbu dan iċċertifikat fi żmien ta' prova ta' sitt (6) xhur, jingħataw estensjoni ta' darba ta' sitt (6) xhur biex jiksbu b'suċċess dan iċ-ċertifikat, qabel il-konferma tal-ħatra tagħhom. Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidati prospettivi magħżula. Madankollu, tali spejjeż jistgħu jiġu applikati biex jitħallsu lura permezz tal-iSkema tal-Continuous Professional Development (CPD).
U
(b). profiċjenti fil-lingwa Ingliża;
Billi
- jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja fin-Nursing ġiet segwita bil-lingwa Ingliża;
Jew
- jipprovdu, sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (international English Language Testing System) ta' band score medju ta' 6 jew ogħla f'dominji ta' komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta' band score medju ta' 6) eż. GCSE / Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT) : 60-80, CEFR : B2 jkunu wkoll aċċettati;
Jew
- billi jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta' xogħol iċċertifikata full-time bħala infermiera rreġistrata fir-Renju Unit jew l-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellem l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa l-lingwa primarja u/jew uffiċjali.
U
iii. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'Livell 5 tal-MQF (b'minimu ta' 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti) f'Nursing jew kwalifika komparabbli professjonali U jkollhom ċertifikat ta' reġistrazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) bħala Infermiera fl-Ewwel Livell (First Level Nurse), jew ikollhom isimhom imniżżel fit-Taqsimiet Speċjali tar-Reġistru miżmum mill-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) għar-rigward ta' Infermiera mħarrġa f'oqsma speċjali differenti rikonoxxuti mill-imsemmi Kunsill;
JEW
iv. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti) f'Nursing jew kwalifika komparrabbli professjonali U jkollhom ċertifikat ta' reġistrazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) bħala Infermiera fl-Ewwel Livell (First level Nurse), jew ikollhom isimhom imniżżel fit-Taqsimiet Speċjali tar-Reġistru miżmum mill-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) għar-rigward ta' Infermiera mħarrġa f'oqsma speċjali differenti rikonoxxuti mill-imsemmi Kunsill.
v. Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni għandhom jiġu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/kurrent ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhix possibbli.
5.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat.
Kwalifika ta' Masters f'Livell 7 tal-MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta' 90 ECTS/ECVET krediti*.
(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni.
(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
5.3 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet, mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
5.4 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
5.5 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
5.6 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għallapplikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
5.7 Il-ħatra ta’ Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi tkun mingħajr preġudizzju għall-applikant li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ eliġibbiltà speċifikati f’5.1 sa 5.3 hawn fuq u jiġi mogħti permess tax-xogħol skont ir-Regolamenti tal-Permess Uniku (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.17, tal-Liġijiet ta’ Malta) kif ukoll li jkunu kapaċi jissodisfaw il-kundizzjonijiet loħra kollha tad-dħul fit-territorju Schengen. Kull proċess jitwettaq b’mod indipendenti u soġġett għall-ipproċessar ta’ diliġenza dovuta mill-Awtoritajiet kompetenti Maltin. L-applikanti li jonqsu milli jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti fi żmien (6) sitt xhur mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet jiġu skwalifikati mill-proċess tal-għażla.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa |
Contact Persons : | Maureen Mahoney |
Address : | Diviżjoni tal-People Management Ministeru għas-Saħħa 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 |
Telephone : | +356 22992604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.