Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    House Officer (Foundation Doctor) fl-Isptar Mater Dei

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern 22.08.2025


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 22/08/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 05/09/2025 13:30
    Ministeru: Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Job Duties 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva tilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ House Officer (Foundation Doctor) fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva.

3. Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ House Officer (Foundation Doctor) huwa ekwivalenti għal tarġa 5 fi Skala ta' Salarju 9 (li fis-sena 2025 huwa €28,934.34) fis-sena. Mat-tlestija ta' sena (1) servizz sodisfaċenti filpożizzjoni ta' Foundation Doctor, persuna fil-ħatra tipprogressa għall-massimu ta' Skala ta' Salarju 9 (li fis-sena 2025 huwa ta' €29,829.00 fis-sena).

Foundation Trainee Specialisation Allowance ta' €4,000 fl-ewwel sena u €4,400 fit-tieni sena li jitħallsu lill-House Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva Pożizzjoni ta’ House Officer (Foundation Doctor) fl-Isptar Mater Dei fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva Nomenklaturi li jindikaw il-maskil jinkludu wkoll il-femminil. Tul tal-assignment u kundizzjonijiet Salarju marbut mal-pozizzjoni Officer (Foundation Doctor) f'pagamenti ta' tliet xhur b'lura. Special Duty Allowance ta' €4,920 jitħallsu lillFoundation Doctors li jaħdmu fuq bażi ta' roster. Din l-allowance titħallas kull tlett xhur b'lura. Foundation Doctors li jwettqu dmirijiet f'dawn l-oqsma ma jkunux intitolati għal allowance ta' xift.

Dmirijiet

4.1 Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ House Officer (Foundation Doctor) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

4.2 Persuna maħtura tista' tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizzi tal-kura tas-saħħa tal-Gvern ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk ilkażijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

Applikazzjonijiet jiġu wkoll ikkunsidrati minn kandidati li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi u li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija f'paragrafu 5.1 (i), dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f'paragrafi 5.1 (ii) sa 5.3. Il-ħatra ta' tali kandidati teħtieġ il-ħruġ ta' liċenzja tax-xogħol f'dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja.

ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Ingliża dment li jingħata rikonixximent xieraq lill-kandidati li għandhom ukoll ilħila li jikkomunikaw bil-Lingwa Maltija. Profiċjenza fil-lingwa Ingliża tiġi aċċettata jekk l-applikanti:

JEW

jipprovdu prova li l-kwalifika medika primarja saret bil-lingwa Ingliża;

JEW

jipprovdu ċertifikat validu ta' IELTS (International English Language Testing System) fil-punteġġ medju tal-medja ta' 7.5 jew ogħla f'kull dominju.

Il-kandidati magħżula jridu juru profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija fi żmien sena (1) mill-ingaġġ. Dan ir-rekwiżit irid jiġi ssodisfat billi jgħaddu b'suċċess mill-eżami tal-Malti Mediku Bażiku għall-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa, wara t-tlestija tal-korsijiet tal-Malti Mediku Bażiku Parti 1 u Parti 2 mill-istituzzjoni ta' taħriġ magħżula mill-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita Attiva. Dawk maħtura li ma jkunux kisbu din iċ-ċertifikazzjoni fil-perjodu ta' prova, jingħataw estensjoni ta' darba biex jiksbu din iċ-ċertifikazzjoni b'suċċess.

iii. (a) kwalifikati b'Degree fil-Mediċina u l-Kirurġija mill-Universita' ta' Malta; jew
(b) kwalnunkwe kwalifika medika bażika oħra First Degree f'Livell 7 tal-MQF ta' ħames (5) snin jew aktar minn skola medika akkreditata fi Stat Membru tal-UE;

L-imsemmija degrees iridu jkunu ingħataw mhux qabel l-1 ta' Jannar 2023 u l-kandidati kollha jridu jkunu kisbu l-imsemmija kwalifika qabel l-ingaġġ.

iv. (a) jew elenkati fir-Reġistru Proviżorju miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta skont l-Artikolu 11, subartikolu 3 tal-Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa (Kap 464 tal-Liġijiet ta' Malta); JEW

(b) Gradwati mill-Universitajiet barra minn dawk tal-Universita' ta' Malta għandhom jipprovdu evidenza fiddikjarazzjoni tad-Dean imsemmija fil-paragrafu 5.1.(v) li huma jkunu eliġibbli biex jiġu kkunsidrati għarreġistrazzjoni mill-bidu tal-Foundation Programme. Tali kandidati għandhom ukoll jiksbu I-Ittra ta' Intenzjoni mill-Kunsill Mediku ta' Malta li l-kwalifika tagħhom hija reġistrabbli u liema ittra għandha tiġi mehmuża malapplikazzjoni. Huwa tal-parir bi sħiħ li dawn il-kandidati jagħmlu kuntatt dirett mal-Kunsill Mediku ta’ Malta hekk kif jesprimu linteress tagħhom, biex jiżguraw li dan il-proċess ikun konluż fil-ħin. L-Ittri ta' Intenzjoni mill-Kunsill Mediku ta’ Malta, ma jiġux ikkunsidrati jekk jaslu iżjed tard mid-dati allokati għall-intervista, u dan jirriżulta li l-kandidati jiġu meqjusa ineliġibbli jew skwalifikati mill-proċess tal-għażla.

Tobba li jiggradwaw minn pajjiz terz iridu jeċċekkjaw mal-Kunsill Mediku ta’ Malta jekk humiex eliġibbli għarRegistrazzjoni Proviżorja qabel ma japplikaw għal dan il-Foundation Programme. Ikollhom bżonn ta’ Ittra ta’ Intenzjoni mill-imsemmi Kunsill.

Aktar minn hekk, il-kandidati li rnexxew għandhom inevitabbilment jiksbu l-imsemmija reġistrazzjoni qabel lingaġġ. Għal faċilita' ta' referenza, is-sit elettroniku tal-Kunsill Mediku ta' Malta huwa (https://healthservices.gov.mt/en/regcounc/medicalcouncil/Pages/medcounc.aspx)

v. (i) jipproduċi Stqarrija tad-Dekan tal-Iskola Medika (kampjun disponibbli fuq https://fpmalta.gov.mt), li hija ffirmata, datata u ttimbrata u mimlija bl-Ingliż, li tinkludi:
(a) permess biex tapplika għall-Foundation Programme f'Malta;
(b) konferma li l-applikant huwa ta' good standing fl-iskola medika u meqjus xieraq biex jippratika l-Mediċina;
(c) konferma dwar jekk il-kwalifika medika primarja (inkluża struzzjoni, eżamijiet u ammont sinifikanti ta' kuntatt kliniku mal-pazjenti) kienet/ qed titwettaq bl-Ingliż;
(d) id-data mistennija tal-kwalifika, fil-każ ta' applikanti li għadhom ma kkwalifikawx;

(ii) Dikjarażjoni li tista' tkun ivverifikata tar-ranking akkademiku f'deciles mill-iskola Medika rispettiva tal-applikant. Dan id-dokument għandu jkun għad-dispozizzjoni tal-Malta Foundation School sad-data tal-intervista. Fejn linformazzjoni rigward ir-ranking akkademiku huwa inkonsistenti mal-grading tad-decile jew nieqes, jintuza' l-iscore akkademiku l-aktar baxx.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta' karriera differenti jew f'pożizzjoni definita jew fi grad/pożizzjoni inqas.

5.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għall-finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat.
(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Tali kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni.
(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.

5.3 Il-kandidati li jixtiequ eventwalment ifittxu reġistrazzjoni sħiħa mill-Kunsill Mediku f'pajjiż barra minn Malta, għandhom ifittxu l-parir mill-Kunsill Mediku rispettiv peress li l-approvazzjoni prospettiva minn uħud millistruzzjonijiet ta' dak il-pajjiż tista' tkun meħtieġa. Persuni li jiggradwaw minn Skola Medika tar-Renju Unit li jixtiequ eventwalment ifittxu reġistrazzjoni mal-Kunsill Mediku Ġenerali tar-Renju Unit qed jingħataw parir li jfittxu lapprovazzjoni bil-miktub mid-Dekan tal-postgraduate qabel ma jissieħbu mal-Malta Foundation Programme.

5.4 B'addizzjoni mar-rekwiżiti f'5.1 hawn fuq, mal-bidu tal-impjieg u t-taħriġ, l-applikanti għandhom: (i) ikunu fil-pussess taċ-Certifikat validu rikonoxxut tal-Basic Life Support; (ii) juru li fehmu u qablu mar-rekwiżiti minimi meħtieġa għat-tlestija tal-Foundation Programme billi jiffirmaw ilFoundation School Training Agreement.

5.5 Il-Kandidati li jirnexxu għandhom jattendu għall-eżami mediku u investigazzjonijiet rilevanti ta' qabel lingaġġ f'Malta, mill-inqas ġimgħatejn (2) qabel ma jieħdu l-pożizzjoni ta' House Officer (Foundation Doctor). In-nuqqas ta' eżami mediku ta' qabel l-impjieg fil-ħin jirriżulta f'dewmien fil-provvista tal-liċenzja tax-xogħol u l-permess tarresidenza u konsegwentament l-ingaġġ. Aktar minhekk qed jigi kkjarifikat li l-eżami mediku ta' qabel l-ingaġġ u linvestigazzjonijiet relevanti, u l-kisba tal-liċenzja tal-impjieg huma mandatorji qabel il-bidu tal-ingaġġ / tahriġ, u lkandidati prospettivi ghandhom iħallu żmien bizejjed biex jissetiljaw kollox QABEL il-bidu tal-programm li hu antiċipat li jibda fis-13 ta' Lulju 2026.

5.6 L-Ingaġġ ta' kandidati li għaddew b'suċċess li m'humiex ċittadini ta' Malta, jew li m'humiex ċittadini tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta' ċittadini tal-Kroazja, jeħtieġu l-ħruġ ta' liċenzja tax-xogħol mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Il-ħruġ ta' liċenzja tax-xogħol tiddependi fuq pre-employment health-check sodisfaċenti. Jobsplus għandu jiġi kkonsultat kif meħtieġ fuq din il-kwistjoni. Fil-każ ta' kandidati li għaddew b'suċċess li m'għandhomx liċenzja tax-xogħol, l-applikazzjoni għal-liċenzja tax-xogħol issir minn min iħaddem.

5.7 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.6 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

Ministry / Department :

 Ministry for Health and Active Ageing

Contact Person:

Ms Maureen Mahoney 

Address :

 15, Palazzo Castellania, Triq il-Merkanti, Valletta VLT 1171

Telephone :

 +356 22992600

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.