Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Ingaġġ ta' Gradi tal-Edukazzjoni Irtirati

     Nru. ta' Referenza Gazetta tal-Gvern datata 13/06/2025


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 13/06/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 31/12/2026 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A  

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, il-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).

 

1.1 Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jilqa’ applikazzjonijiet minn Kapijiet tal-Iskola, Deputy Heads of School li kienu mgħarufa bħala Assistenti Kapijiet tal-Iskola, Uffiċjali Edukattivi, Kapijiet ta’ Dipartiment u Għalliema/Instructors li rtiraw, servew fi skejjel liċenzjati statali u mhux statali li joffru edukazzjoni obbligatorja biex iwettqu dmirijiet ta’ tagħlim fi ħdan il-Kulleġġi Statali fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni biex iservu f’Malta u / jew Għawdex għal perjodu definit fuq bażi full-time jew part-time, kif u meta jkun meħtieġ.

 

1.2 L-applikanti jkunu jistgħu japplikaw għal xi wieħed mis-suġġetti/oqsma/ċiklu mgħallma f'edukazzjoni obbligatorja, billi jindikaw fis-CV is-suġġett/i/qasam/ċiklu. Għal-lista ta' suġġetti /oqsma/ ċiklu ġentilment ara l-Appendici A.


3.1 Għalliema/instructors irtirati li ġew magħżula biex jirritornaw biex jgħallmu, se jitħallsu fuq l-Iskala tas-Salarju u step bbażżat fuq meta irtiraw, inkluż l-allowances kollha rilevanti applikabbli, mal-preżentazzjoni tal-evidenza (testimonjanzi /dokumenti) għas-sodisfazzjon tal-maniġment.

 

3.2 Il-Kapijiet tal-Iskola, Deputy Heads of School li kienu mgħarufa bħala Assistenti Kapijiet tal-Iskola, Uffiċjali Edukattivi, u Kapijiet ta’ Dipartiment li ġew magħżula biex jirritornaw biex jgħallmu, għandhom jitħallsu il-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 7 (li hija l-massimu ta’ salarju ta’ għalliem), inklużi l-allowances kollha rilevanti applikabbli.

 

3.3 Il-mid-day break supervision jitħallas fis-siegħa bir-rata applikabbli stabbilita kull sena skolastika.

 

3.4 Il-persuna magħżula tkun intitolata ukoll għall-bonus annwali u weekly income supplement kemm jekk taħdem fuq bażi full-time jew fuq bażi pro-rata skont in-numru ta' sigħat contact u non-contact maħduma jekk taħdem fuq bażi part-time, sakemm madankollu, dawn ma jkunux diġà qed igawdu minnu taħt xi waħda mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.


Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Retired Teacher jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;

  2. Għalliema/Instructors, Kapijiet tal-Iskola, Deputy Heads of School li kienu mgħarufa bħala Assistenti Kapijiet tal-Iskola, Uffiċjali Edukattivi, u Kapijiet ta’ Dipartiment li rtiraw u li:

     

    (a) laħqu l-età tal-irtirar (mhux aktar minn sebgħin (70) sena); 

     

    u

     

    (b) huma fil-pusses ta’ Warrant (Permanenti) ta’ Għalliem;

     

    u

     

    (c) għandhom ta' mill-inqas hames (5) snin skolastiċi esperjenza ta’ tagħlim fis-suġġett/qasam/ċiklu li jkunu qed japplikaw għalih ġo skola liċenzjata li toffri edukazzjoni obligatorja.

Ministry / Department :

 Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Contact Persons :

Riżorsi Umani 

Address :

Triq l-Assedju l-Kbir, Furjana 

Telephone :

2598 0000 

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.