Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Manager II (Communications)

     Nru. ta' Referenza Govt. Gazette No. 20,318 d/d 20/12/2019


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 20/12/2019 14:00
    Data tal-għeluq: 08/01/2020 12:00

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Manager II (Communications) - MESDC - Eng 
Ara d-dokument Manager II (Communications) - MESDC - Mlt 
1. Id-Direttur Ġenerali, f'isem is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Manager II (Communications) fil-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.

2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati iridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut tas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

2.3 Is-salarju ta’ Manager II (Communications) huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fl-2019 huwa ta’ €24,153 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €27,340.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Manager II titla’ fi Skala ta’ Salarju 6 (€25,779 x €596.33 - €29,357 fis-sena 2019) wara tliet (3) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.5 Il-kandidati magħżula jkunu wkoll intitolati għall-ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 15% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

2.6 Ġaladarba jiġi appuntat għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, il-kandidat maħtur jiġi rikjest biex jirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni oħra li attwalment il-proċess tagħha fi ħdan is-Servizz Pubbliku għadu għaddej u li dakinhar tad-data tal-ħatra jkun għadu pendenti, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjoniet tas-SAAC (li tinkludi ukoll l-Assistenti Diretturi).

2.7 Applikazzjonijiet laterali minn Uffiċjali Pubbliċi, li diġà għandhom ħatra fl-istess grad imsemmi f’din is-sejħa, huma aċċettati biss bil-kundizzjoni li l-ispeċjalizzazzjoni marbuta ma’ din il-vakanza hija differenti minn dik relatata mal-ħatra kurrenti tal-applikanti u liema vakanza tirrikjedi kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit tal-eliġibbiltà, li l-applikant huwa mistenni li jissodisfa.
  1. Il-kandidati magħżula iridu jservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjonijiet tas-SAAC (li tinkludi ukoll l-Assistenti Diretturi).
2.8 Mhux ser ikun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra.  Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet x’imkien ieħor fil-qasam tal-Communications, suġġett għad-disponibbiltà ta’ postijiet vakanti u l-esiġenzi tal-Maniġment.

2.9 Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Manager II (Communications) jinkludu li:

  1. tagħti kull appoġġ neċessarju lill-Kap tal-iStrategic Communications Unit fl-MESDC;

  2. tirrappreżenta lil Kap tal-iStrategic Communications Unit f'laqgħat, konferenzi u seminars kemm lokali u ta' barra;

  3. tkun responsabbli b'mod attiv f'eżerċizzji ta' branding u promozzjoni sabiex tingħata dehra xierqa lix-xogħol tal-Ministeru;

  4. torganizza u tagħmel koordinazzjoni ta' laqgħat, avvenimenti u attivitajiet importanti oħra;

  5. tkun kreattiva billi tissuġġerixxi temi u ideat innovattivi;

  6. tissorvelja u tippjana attivitajiet mill-idea inizjali sal-iċken dettal tal-attivita';

  7. tippjana l-loġistika tal-attivitajiet u ħtieġijiet oħra relatati ma' konferenzi u attivitajiet, inkluż il-postijiet tal-attivita', trasport u proviżjonijiet oħrajn;

  8. tagħti pariri u tinvolvi ruħha direttament fl-abbozzar ta' programmi tal-attivitajiet u tassigura li jintlaħqu l-miri stabbiliti;

  9. tagħti kull appoġġ neċessarju lill-Kap tat-Taqsima sabiex jiġu pprovduti l-faċilitajiet meħtieġa f'attivitajiet Nazzjonali u Internazzjonali;

  10. tagħti pariri u tassisti lill-Kap tat-Taqsima, f'attivitajiet uffiċjali tal-Ministeru;

  11. twettaq dmirijiet oħra skont l-esiġenzi tal-Ministeru skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti;
  12. twettaq dmirijiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż;
U
  1. ikollhom kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti, rigward korsijiet li bdew minn Ottubru 2008), fil-Marketing jew fil-Communications, jew kwalifika professjonali komparabbli.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija fil-paragrafu 4.1 iii) jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.3 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.4 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.5 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Ministry / Department :
Ministry for the Environment , Sustainable Development and Climate Change
Contact Person :
Ms Olivia Rossitto
Manager II (People Management)
Address :
MESDC Offices, 6, Triq Hal Qormi, Santa Venera
Telephone :
22926264
Email address :

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.