Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Uffiċjal Prinċipali

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern bid-data tat-30 t'April 2021


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 30/04/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 14/05/2021 17:15
    Ministeru: Il-Ministeri Kollha
    Dipartiment: Servizz Pubbliku ta’ Malta

Konnessjoni
Ara d-dokument Post ta' Uffiċjal Principali - Malti 
Ara d-dokument Post of Principal - English 
Ara d-dokument Annex 'A' - Dmirijiet/Duties 
1. Id-Direttur tal-Eżamijiet u l-Bord tal-Eżamijiet Pubbliċi Lokali jgħarrfu li se jsir proċess ta’ għażla kompetittiv għad-dħul fil-grad ta’ Uffiċjal Prinċipali fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta.

Il-kandidati, kemm interni kif ukoll dawk esterni, iridu jgħaddu mill-istess proċess ta’ għażla.

2.1 Is-salarju ta’ Uffiċjal Prinċipali huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2021 huwa ta’ €21,267 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23,713.

2.2 Persuna fil-grad ta’ Uffiċjal Prinċipali titla’ fi Skala 9 (€22,633 x €447.33 - €25,317 fis-sena 2021) wara sentejn (2) ta’ servizz fil-grad.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Uffiċjal Prinċipali jerga’ jipprogressa għal Skala 8 (€24,091 x €486.83 - €27,012 fis-sena 2021) wara għaxar (10) snin ta’ servizz fil-grad.

2.4 Finalment persuna fil-grad ta’ Uffiċjal Prinċipali tipprogressa għal Skala 7 (€ 25,656 x €531.17 - €28,843 fis-sena 2021) wara tnax (12)-il sena servizz fil-grad.

2.5 Il-progressjoni ta’ Uffiċjal Prinċipali minn skala għall-oħra hija dejjem suġġetta għal servizz sodisfaċenti.

2.6 Il-ħatra, li tkun bi prova għal sena (1), hi fuq bażi full-time u taqa’ taħt ir-regoli u r-regolamenti li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien fis-Servizz Publiku ta’ Malta b’mod ġenerali u l-persuna maħtura tista’ tiġi trasferita sabiex ikun jista’ jingħata servizz effettiv.

2.7 Għall-konferma tal-ħatra tagħhom, dawk maħtura jridu jkunu temew iż-żmien ta’ prova tagħhom u jridu jkunu temmew b’suċċess il-kors ta’ induzzjoni kif offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi.

2.8 Applikazzjonijiet laterali minn Uffiċjali Pubbliċi fl-istess grad mhumiex aċċettabbli.

2.9 Il-postijiet allokati ser ikunu għal perjodu minimu ta’ sentejn (2) qabel ma jkunu jistgħu jintalbu trasferimenti. Tali postijiet ikunu suġġetti għad-disponibbiltà ta’ postijiet vakanti

2.10 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta' Uffiċjal Prinċipali jinsabu fl-Anness A mehmuż ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:

i.          a. ċittadini ta’ Malta; jew

b. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew

c. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġizlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew

d. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew

e. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew

f. fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument “Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika”.

Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

ii. Ta’ profiċjenza avvanzata, kemm b’mod verbali kif ukoll fil-kitba, fil-lingwa Maltija u dik Ingliża (Livell C1/C2 tal-Common European Framework of Reference for Languages);

iii. Eliġibbli f’waħda mill-kategoriji t’hawn taħt (a, b jew c):

a. fil-pussess ta’ Bachelor’s degree rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti*) f’suġġetti fejn il-qasam ta’ studju ewlieni jew sekondarju jkun f’wieħed minn dawn: Public Policy/Amministrazzjoni, Management/Business Studies, Riżorsi Umani/Taħriġ u Żvilupp, Relazzjonijiet Industrijali u x-Xogħol, Finanzi/Accounts, Ekonomija, Kummerċ, Politika Soċjali, Relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropeja u Internazzjonali, Studji Legali, Komunikazzjoni, Teknoloġija tal-Informatika u ICT, Environmental Studies, Studji relatati mal-immaniġġjar tal-agrikoltura/maniġġjar tal-enerġija, Statistika, Built Environment, Project Management, Procurement, Quality Management u Health Management jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli fil-livel 6 tal-MQF fil-Finanzi jew Accounts jew Teknoloġija tal-Informatika u ICT. Ir-responsabbilta’ hija tal-kandidati li jippruvaw li l-kwalifiki li jħaddnu huma relatati mas-suġġetti mitluba; madankollu d-deċiżjoni finali tkun il-prerogattiva tad-Diviżjoni dwar Nies u Standards, liema deċiżjoni tkun suġġetta għal kontestazzjoni quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku;

                                                                         u

fil-pussess ta’ kwalifika li turi li għaddew (almenu fi Grad 1-5, Grad C jew livell komparabbli) f’livell 3 tal-MQF, jew Kwalifika Vokazzjonali sħiħa f’livell 3 tal-MQF, jew kwalifika ta’ Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja fil-livell 3 tal-MQF, f’IT Office Application Skills**, sakemm dan is-suġġett mhuwiex inkluż bħala suġġett separat fil-kors ta’ studju segwit fl-livell 6 tal-MQF;

*Fin-nuqqas ta’ evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta’ kejl tal-kontenut tal-kors il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta’ studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma’ 180 ECTS/ECVET kretti. Jista’ jintalab il-parir tal-MQRIC.

** qed jiġi kkjarifikat li b’referenza għall-IT Office Application Skills, dan ikopri kwalunkwe kors komplut b’suċċess organizzat mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi. (IPS) jew f’livell 3 tal-MQF akkreditat mill-ECDL Malta jew mill-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA).

Jew

b. Uffiċjali pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta fil-grad ta’ Assistent Uffiċjal Prinċipali li l-ħatra tagħhom kienet ikkonfermata;

Jew

c. Uffiċjali pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta fil-grad ta’ Uffiċjal Eżekuttiv li l-ħatra tagħhom kienet ikkonfermata, li jkollhom minimu ta’ erba’ (4) snin servizz sodisfaċenti fil-grad.

iv. Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali Pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Officer in Grade u li għandhom grad preċedenti sostantiv fil-Klassi tas-Servizz Ġenerali jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Officer in Grade, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala Officer in Grade huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali Pubbliċi li huma kkonfermati fi grad tas-Servizz Ġenerali li qed jibbenifikaw minn Skala li ma tikkorispondix mal-grad tagħhom, b’riżultat tal-istatus ta’ Uffiċjal fi Skala 13 (Officer in Scale), jew ogħla, huma eliġibbli biex japplikaw għall-grad ta’ Uffiċjal Prinċipali.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.5 Uffiċjali Pubbliċi li huma sekondati/mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw ukoll.

4.6 Uffiċjali Pubbliċi li jaqgħu taħt il-kriterji ta’ eliġibbiltà 4.1 (iii) u li jinħatru fil-grad ta’ Uffiċjal Prinċipali iridu jġibu prova li temmew kompletament u b’suċċess kors fl-IT Office Application Skills organizzat mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) jew f’livell 3 tal-MQF akkreditat mill-ECDL Malta jew mill-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA), sabiex il-ħatra tiġi kkonfermata.

4.7 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest f’sub paragrafu 4.1 (iii) (a) hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbiltà, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta’ Masters f’livell 7 tal-MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti*.

*Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET Kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60 ECTS/ECVET kretti. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

4.8 Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux il-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (iii) (a) jew kif indikat f’paragrafu 4.7, xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza mill-istituzzjoni edukattiva li huma rregistrati għat-tali kwalifika u li se jingħataw din il-kwalifika sat-30 ta’ Novembru 2021. Jekk l-iskadenza ma tintlaħaqx, il-kandidati jew jiġu skwalifikati mir-riżultat jew il-ħatra tagħhom tiġi ipso facto, awtomatikament terminata, kif applikabbli. Il-perjodu ta’ prova u l-intitolament għall-progressjoni (skont il-każ) jibdew jgħoddu mid-data tal-ħatra.

4.9 L- applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mid-Direttur tal-Eżamijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.

4.10 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.9 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.11 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippubblikat, f’liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-ministeru/dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppubblikat) dwar kwanlunke bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta’ osservanza ta’ din l-istruzzjoni jista’ jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.12 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Ministeru/Dipartiment:Ministeru għall-Edukazzjoni
Persuna lil min tikkuntattja:Dr George Said-Zammit
Indirizz:
Edu servizz.gov
Triq l-Assedju l-Kbir
Il-Furjana - VLT 2000
Telefon:2598 2953/2956
Indirizz tal-imejl:myexams.gov.mt


  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.