Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Higher Environmental Health Practitioner

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/ODPM/46/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 13/11/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 27/11/2026 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tad-deputat tal-Prim Ministru u l-Ministeru tas-saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Higher Environmental Health Practitioner fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ Sena (1). 

2.2 Is-salarju ta’ Higher Environmental Health Practioner huwa ta’ Skala ta' Salarju 6, li fis-sena 2026 huwa ta’ €33,391.02 fis-sena, li jiżdied b’€596.33 fis-sena sa massimu ta’ €37,509.00.

2.3 Persuna maħtura tkun intitolata għal benefiċċji oħra, u tkun soġġetta għal kundizzjonijiet u obbligi oħra, kif jistgħu jiġu stipulati fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u t-trejdjunjin kompetenti.

2.4 Dan il-post ġie identifikat bħala "post hekk identifikat"  għall-finijiet ta’ subartikolu 5 tal-artikolu 4 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 595 tal-Liġijiet ta’ Malta) u skont id-Direttiva 14.1 maħruġa mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fit-3 ta’ Awwissu 2023, li jinvolvi funzjonijiet regolartorji.  Il-kundizzjonijiet relevanti elenkati fl-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u f’Direttiva 14.1 japplikaw.  
​
2.5 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Higher Environmental Health Practitioner jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:

(i) ikunu profiċjenti fil-Lingwa Maltija u Ingliża

U    

L-Uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom jew fil-ħatra preċedenti tagħhom fl-istess linja ta’ karriera, dment li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-eliġibbilita’ l-oħra kollha. Dawn l-uffiċjali pubbliċi jridu jkunu fil-grad ta’, jew kellhom il-grad ta’: 

(ii) a. Environemental Health Practitioner (Skala tas-Salarju 7) li għandhom PhD rilevanti u rikonoxxut fil-Livell 8 tal-MQF.

JEW

(ii) b. Environemental Health Practitioner (Skala tas-Salarju 7) b’mill-inqas sentejn (2) ta’ servizz sodisfaċenti fil-grad ta’ Environmental Health Practitioner (Skala tas-Salarju 7), u li għandhom Masters Degree Post Graduate rilevanti u rikonoxxuta fil-Livell 7tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 90 krettu ECTS jew ekwivalenti*) jew ogħla.

*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS.

JEW

(ii) c. Environmental Health Practitioner (Skala tas-Salarju 7) b’mill-inqas erba’ (4) snin ta’ servizz sodisfaċenti fil-grad ta’ Environmental Health Practitioner (Skala tas-Salarju 7), u li għandhom Diploma Post Graduate rilevanti u rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF.

JEW

(ii) d. Environmental Health Practitioner (Skala tas-Salarju 7) b’mill-inqas sitt (6) snin ta’ servizz sodisfaċenti fil-grad ta’ Environmental Health Practitioner fl-Iskala tas-Salarju 7.

Korsijiet qosra li jwasslu għal awards, b’differenza mill-kwalifiki, ma jkollhomx in-numru meħtieġ ta’ kretti ECTS fil-livell tal-MQF rispettiv u, għalhekk, ma jiġux ikkunsidrati għal finijiet ta’ eleġibilità.

Uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad inqas anke jekk mhux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika minima ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi revokata.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 
L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 

Ministry / Department :

Direttorat tal-People Management

Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa 

Contact Persons :

Dr. Renzo De Gabriele

Segretarju Permanenti

Address :

15, Palazzo Castellania

Triq Merkanti

Valletta VLT1171

Telephone :

+356 2299 2604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.