Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A - Job Description |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Deputat Direttur (Taqsima tas-Sigurta' tan-Nar) fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol kif provdut permezz ta' Avviż Legali 234 tal-2024.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax(12)-il xahar.
2.2 Is-salarju ta’ Deputat Direttur (Taqsima tas-Sigurta' tan-Nar) huwa ta’ Skala ta' Salarju 5, li fis-sena 2024 huwa ta’ €32,533.98 fis-sena, li jiżdied b’€640.67 fis-sena sa massimu ta’ €36,378 .
2.3 Minbarra s-salarju stipulat, il-kandidat magħżul għandu jkun parti mill-Forza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif provdut f'A.L. 234 tal-2024 dwar il-Protezzjoni Ċivili (Taqsima tas-Sigurta' tan-Nar) u jkun intitolat ghal:
a. allowance għall-komunikazzjoni ta' 1,800 ewro fis-sena;
b. allowance tal-bonus tal-prestazzjoni li ġġorr magħha marka massima sa 10%;
c. allowance ta' disturb sa 15%.
d. allowance għall-warrant (kif stipulat f'A.L. 234 tal-2024) ta' 3,000 ewro fis-sena
2.4 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Il-kandidat/i magħżul/a jkun/u meħtieġ/a jimla/jimlew id-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn), peress li din il-kariga hija fi skala ta' salarju 5 jew ogħla.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Deputat Direttur (Taqsima tas-Sigurta' tan-Nar) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.
(i) ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u dik Ingliża ; u;
(ii) Architect and Civil Engineer (A.&C.E.) bil-warrant u b'tal-inqas ħames snin esperjenza; jew'
(iii) Inġinier bil-warrant u b'tal-inqas ħames snin esperjenza.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.4 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Home Affairs, Security and Employment |
Contact Persons : | Gillian Carbone |
Address : | Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Triq l-Imqabba, Ta' Kandja, l/o Siggiewi |
Telephone : | 23930000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.