Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Circular - Post of Public Cleansing Officer - English Version |
| Ara d-dokument | Circular - Post of Public Cleansing Officer - Maltese Version |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Salarju
Dmirijiet
Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Public Cleansing Officer fid-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni jinkludu:
- Tassigura illi s-servizzi li huma fir-responsabbilita’ u li toffri d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni, isiru b’mod effiċċjenti fit-toroq urbani u żoni rurali;
- Tassumi responsabbilita għad-direzzjoni u l-kontroll tal-ħaddiema li jaqgħu taħtu/taħtha f’diversi sezzjonijiet fi ħdan id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni bħal manutenzjoni ta’ lattrini pubbliċi, ġbir ta’ skart goff minn residenzi kif ukoll xogħlijiet ta’ tindif ;
- Timmaniġġja bl-aktar mod effiċċjenti ir-riżorsi umani, makkinarju, materjal u ħruġ ta’ affarijiet mill-istores ;
- Tassisti lill- Principal Public Cleansing Officers u uffiċċjali superjuri oħra tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni rigward effiċċjenza maniġerjali, direzzjoni u kontroll;
- Tikkontribwixxi fil-ko-ordinament bejn id-Diviżjoni, Dipartimenti oħra u entitajiet pubbliċi f’dak kollu li għandu x’jaqsam sabiex iż-żonijiet pubbliċi jinżammu nodfa u mingħajr skart;
- Tassenja xogħol u tipprepara rapporti ta’ kuljum dwar it-tqassim ta’ ħaddiema u ħruġ ta’ materjal f’kull programm approvat ta’ xogħol fdat lilu/lilha;
- Tagħmel monitoraġġ tal-progress u tirrapporta’ dwar oqsma problematiċi;
- Tagħmel spezzjonijiet fuq il-ħaddiema sabiex tissorvelja l-effiċċjenza u l-produttivita tagħhom u tqabbel ir-riżultati mal-pjanijiet u l-istimi;
- Tiżgura u tinforza il-kondotta, id-dixxiplina, il-puntwalita’ tal-ħaddiema, il-miżuri dwar is-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol u l-benesseri tal-ħaddiema;
- Tassisti lid-Direttur Ġenerali, Diretturi, Assistenti Diretturi u uffiċċjali superjuri oħra fl-ipproċessar ta’ rapporti dixxiplinarji u proċeduri, kif ukoll fiż-żamma ta’ relazzjonijiet pubbliċi tajbin;
- Dmirijiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku, skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku li huma fil-grad ta’ Senior Public Cleansing Foreman, li l-ħatra tagħhom tkun konfermata. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal post ogħla għandhom ikunu konfermati fil-ħatra tagħhom kurrenti (jew ta’ qabel), (skont il-każ).
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.2 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Justice, Culture and Local Government |
Contact Person : | Ms Shirley Fava |
Address : | Corradino Industrial Estate, Paola |
Telephone : | 22897321 |
Email address : |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.