Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex B |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
- Il-Kummissarju tal-Pulizija, Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, jilqa' applikazzjonijiet għall-post ta' Spettur tal-Pulizija, fid-Dipartiment tal-Pulizija, fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sentejn (2) wara t-tkomplija b’suċċess tal-Eżami tal- Kwalifika (ara it-Tieni Parti tal-Proċess tal-Għażla hawn taħt).
2.2 Is-salarju ta’ Spettur huwa ta’ Skala ta' Salarju 8, li fis-sena 2025 huwa ta’ €28,792.02 fis-sena, li jiżdied b’€486.83 fis-sena sa massimu ta’ €31,713.00.
2.3 Persuna fil-grad ta’ Spettur titla’ fi Skala ta' Salarju 7 (€30,506.98 x €531.17 - €33,694.00) wara sentejn (2) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Spettur tiġi promossa għall-grad ta’ Spettur Anzjan fi Skala 6 (€32,279.02 x €596.33 - €35,857.00) wara erba' (4) snin servizz fil-grad ta’ Spettur fi Skala 7, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.5 Minħabba n-natura tax-xogħol, il-post ta' Spettur jattira wkoll allowances kif speċifikat fil-ftehim settorjali tal- Korp tal Pulizija intitolat 'Sectoral Agreement Regulating the Conditions of Service for the Police Force, 2023'.
2.6 (a) Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.
(b) Applikanti se jkunu suġġetti għas-Security Clearance u dawk li qed japplikaw minn Korpi Dixxiplinari oħra se jkunu ukoll suġġetti għall-kondotta ta' dmir mill-Korpi Dixxiplinari tagħhom.
2.7 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Spettur tal-Pulizija jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
- ċittadini ta’ Malta;
- kapaċi jikkomunikaw bil-Malti u l-Ingliż sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;
- fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVETS jew ekwivalenti*) fil-Youth and Community Studies jew Social Wellbeing Studies jew Social Policy jew Criminology jew Social Work jew Psychology jew Management jew Accounting jew Economics jew Banking jew Finance jew Legal Studies jew Science jew Social Studies jew IT jew kwalifika professjonali komparabbli. Kwalifika fil-livell 6 tal-MQF f’suġġetti oħra minbarra dawk imsemmija jistgħu jkunu kkunsidrati.
- għalqu t-tmintax-il (18) sena iżda mhux id-disgħa u tletin (39) sena sa l-1 t'Awwissu 2026.
- ta' karattru morali tajjeb. Kull applikant huwa wkoll mitlub sabiex jissottometti dikjarazzjoni bil-miktub rigward proċeduri kriminali u/jew dixxiplinari li ttieħdu kontriħ/ha fil-passat u/jew li għadhom pendenti.
- applikazzjonijiet minn kandidati li jkollhom fuq il-persuna tagħhom tatwaġġi jiġu regolati mill-policy tat-tattoos tal-Korp tal-Pulizija ta' Malta li tinstab fil-link (https://pulizija.gov.mt/wp-content/uploads/2025/07/POL-TAT.pdf) .
- applikazzjonijiet minn kandidati li għandhom body modification u/jew body piercing jiġu kkunisdrati skont il-każ.*Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 taddokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.5 Din is-sejħa pubblika qed tiġi ppublikata fl-istess waqt ma' sejħa dipartimentali għall-post ta' Spettur fiid- Dipartiment tal-Pulizija kif ippublikata nhar il-Ġimgħa 18 ta' Lulju 2025 permezz taċ-ċirkulari numru HR/MHSE/17/2025. Applikanti li jgħaddu taħt is-sejħa dipartimentali jingħataw preċedenza fuq dawk li jgħaddu taħt is-sejħa pubblika. Barra minn hekk, persuna tista' tiġi kkunsidrata għall-ħatra biss jekk ikun hemm vakanza fi żmien tal-validita' tar-riżultat.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Dipartiment tal-Pulizija |
Contact Persons : | Stephanie Farrugia |
Address : | Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija Furjana |
Telephone : | 21224001 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.