Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Post ta’ Accountant I fil-Ministeru għall-Finanzi

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 2 ta' Ottubru 2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Negozju u Finanzi
    Data ppubblikata: 02/10/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 16/10/2026 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Finanzi
    Dipartiment: Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta’ Malta

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Finanzi jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Accountant I fl-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta' Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax (12)-il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Accountant I huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fis-sena 2026 huwa ta’ €32,158 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €35,345.02.

2.3 Il-kandidati maħtura jkunu ntitolati wkoll għal Inspectorate and Investigation Allowance ta' €7,500 fis-sena, Responsibility Allowance ta' 5% fis-sena tas-salarju bażiku tagħhom marbut ma' xogħol sodisfaċenti kif determinat mill-Maniġment, Communication Allowance ta' €815 fis-sena, Car Cash Allowance ta' €1,397.50 fis-sena u ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta' 15% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma' xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-Amministrazzjoni Ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

a. Il-kandidati maħtura jkunu ntitolati wkoll għal benefiċċji oħra u suġġetti għall-kundizzjonijiet u l-obbligi skont kif determinat mill-Amministrazzjoni Ċentrali minn żmien għal żmien. Allowances ta' ċertifikazzjoni b'rabta mal-kisba ta' kwalifika u/jew warrant pertinenti, kif ukoll rimborż sa massimu ta' €1,200 fis-sena b'rabta ma Żvilupp Professjonali Kontinwu, huma inklużi fil-pakkett tas-salarju.

L-allowances msemmija hawn fuq jieqfu immedjatament milli jkunu dovuti u mħallsa għal xi raġuni li l-uffiċjal ma jibqax jaqdi d-dmirijiet tiegħu fi ħdan id-Diviżjoni tal-Verifika u Awditjar, fi ħdan l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta' Malta.

2.4 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandhom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.

2.5 Dan il-post ġie identifikat bħala "post hekk identifikat" għall-finijiet ta’ subartikolu 5 tal-artikolu 4 tal-Att dwar l'Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 595 tal-Liġijiet ta’ Malta) u skont id-Direttiva 14.1 maħruġa mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fit-3 ta’ Awwissu 2023, li jinvolvi funzjonijiet ta’ spettorat. Il-kundizzjonijiet relevanti elenkati fl-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u f’Direttiva 14.1 japplikaw.

2.6 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.

Il-kandidat/i magħżul/a jkun/u meħtieġ/a jimla/jimlew id-Dikjarazzjoni disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn), peress li din il-kariga titqies bħala kariga ta’ riskju għoli kif elenkat fis-Sitt Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u tinvolvi funzjonijiet ispettorati kif elenkati fl-Anness tad-Direttiva 14.1.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Accountant I jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:

ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;

U

iii. (a) ikollhom kwalifika ta' Master's rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 90 kretti ECTS, jew ekwivalenti*) fl-Accountancy jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli fil-Livell 7 tal-MQF fl-Accountancy.

*Kwalifika ta’ Master's rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 kretti ECTS hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Master's mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Master's rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 kretti ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 kretti ECTS.

JEW

(b) ikollhom kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 kretti ECTS, jew ekwivalenti*) fl-Accountancy jew detenturi ta' degrees rikonoxxuti oħra bl-Accountancy bħala qasam ewlieni ta' studju jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli fil-Livell 6 tal-MQF fl-Accountancy.

*Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 kretti ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 kretti ECTS.

Korsijiet qosra li jwasslu għal awards, b’differenza mill-kwalifiki, ma jkollhomx in-numru meħtieġ ta’ kretti ECTS fil-livell tal-MQF rispettiv u, għalhekk, ma jiġux ikkunsidrati għal finijiet ta’ eligibbilta.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 i Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 iii (a) jew (b) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika minima ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi revokata.

ii. Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).

4.3 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.          

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunkwe rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 


Ministeru:


 

Ministeru ghall-Finanzi


Persuna Responsabbli:


 

Sa Angie Grech


Indirizz:


 

Cavalier House, 158, Triq Zekka, il-Belt Valletta


Telefon:


 

25998245


Indirizz Elettroniku:




  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.