Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Finanzi jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Spettur tad-Dwana fl-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta' Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar.
2.2 Is-salarju ta’ Spettur tad-Dwana huwa ta’ Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2026 huwa ta’ €28,701.02 fis-sena, li jiżdied b’€447.33 fis-sena sa massimu ta’ €31,385.
2.3 Spettur tad-Dwana titla’ fi Skala 8 (€30,405.02 x €486.83 - €33,326 fis-sena 2026) wara erba' (4) snin servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Spettur tad-Dwana fi Skala ta' Salarju 9.
2.4 Il-kandidati maħtura jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta 10% tas-salarju bażiku, pagament ta' Class Allowance annwali ta' €1,500 u Flexibility Allowance annwali ta' €6,508 u benefiċċji oħra u suġġetti għall-kundizzjonijiet li huma stipulati fil-Customs Class Sectoral Agreement.
2.5 Dan il-post ġie identifikat bħala "post hekk identifikat" għall-finijiet ta’ subartikolu 5 tal-artikolu 4 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 595 tal-Liġijiet ta’ Malta) u skont id-Direttiva 14.1 maħruġa mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fit-3 ta’ Awwissu 2023, li jinvolvi funzjonijiet ta’ spettorat. Il-kundizzjonijiet relevanti elenkati fl-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u f’Direttiva 14.1 japplikaw.
2.6 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Il-kandidat/i magħżul/a jkun/u meħtieġ/a jimla/jimlew id-Dikjarazzjoni disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn), peress li din il-kariga titqies bħala kariga ta’ riskju għoli kif elenkat fis-Sitt Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u tinvolvi funzjonijiet ispettorati kif elenkati fl-Anness tad-Direttiva 14.1.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Spettur tad-Dwana jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku, li huma kkonfermati fil-grad ta' Fizzjali tad-Dwana.
Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:
i. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;
U
ii. (a) kwalifika rikonoxxuta ta' Baċellerat fil-Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 kretti ECTS, jew ekwivalenti) f'oqsma relatati kif determinat mill-Maniġment minn żmien għal żmien, u sentejn (2) ta' servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Fizzjal tad-Dwana;
*Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet talklawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 kretti ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 kretti ECTS.
JEW
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
(b) kwalifika rikonoxxuta ta' Diploma fil-Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 kretti ECTS jew ekwivalenti*) f'oqsma relatati kif determinat mill-Maniġment minn żmien għal żmien, u tlett (3) snin ta' servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Fizzjal tad-Dwana;
JEW
(c) kwalifika fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 120 kretti ECTS jew ekwivalenti*) f'oqsma relatati kif determinat mill-Maniġment minn żmien għal żmien, u ħames (5) snin ta' servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Fizzjal tad-Dwana.
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 120/60 ECTS kretti, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali)
Korsijiet qosra li jwasslu għal awards, b’differenza mill-kwalifiki, ma jkollhomx in-numru meħtieġ ta’ kretti ECTS fil-livell tal-MQF rispettiv u, għalhekk, ma jiġux ikkunsidrati għal finijiet ta’ eleġibilità.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.4 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 ii (a) jew (b) jew (c) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika minima ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi revokata.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministeru: |
Ministeru għall-Finanzi |
Persuna Responsabbli: | Sa Angie Grech |
Indirizz: |
Cavalier House, 158, Triq Zekka, Il-Belt Valletta. |
Telefon: |
25998245 |
Indirizz Elettroniku: |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.