Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A- ICT & Business Analyst_IMU |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni), Uffiċċju tal-Prim Ministru, tilqa’ applikazzjonijiet għal-post ta’ ICT u Business Analyst fl-Information Management Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax-il xahar.
2.2 Is-salarju ta’ ICT u Business Analyst huwa ta’ Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2026 huwa ta’ €28,701.02 fis-sena, li jiżdied b’ €447.33 fis-sena sa massimu ta’ €31,385.00.
2.3 Persuna fil-grad ta’ ICT u Business Analyst titla' fi Skala ta' Salarju 8 (€30,405.02 x €486.83 - €33,326.00 fis-sena 2026) wara erba' (4) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti u suġġett li jitlesta kors speċifiku ta' ICT toolkit relatat ma' dan l-grad kif stabbilit minn żmien għal żmien mil-Amministrazzjoni Ċentrali.
2.4 Persuna fil-grad ta’ ICT and Business Analyst tkun intitolata għall-Performance Bonus sa massimu ta' 10% tas-salarju bażiku fis-sena. L-ammont pagabbli jiġi ddeterminat miċ-Chief Information Officer wara li tiġi kkunsidrata I-prestazzjoni tal-Uffiċċjal u, fejn japplika kwalunkwe rakkomandazzjoni li titressaq mis-superjur immedjat tal-uffiċċjal. Il-ħlas tal-bonus huwa suġġett ukoll għall-policies tal-Amministrazzjoni Ċentrali skont kif ikunu fis-seħħ min żmien għal żmien.
a. Il-persuni maħtura jkunu intitolati wkoll għal all-inclusive communication allowance annwali ta’ €500 u class allowance annwali ta’ €5,000.

2.5 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ ICT u Business Analyst jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.
(i) ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u dik Ingliża;
U
(ii) fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (b'minimu ta' 60 ECTS jew ekwivalenti*) fil-Kompjuter u/jew ICT jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli f'Livell 5 tal-MQF fil-Kompjuter u/jew ICT, flimkien ma' sentejn (2) esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT;
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 60 ECTS kretti, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali).

(iii) Uffiċjali Pubbliċi mhux inqas minn Skala ta' Salarju 13 flimkien ma' ħames (5) snin esperjenza ta' xogħol relevanti f' ambjent formali u matur tal-ICT.
JEW
(iv) fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 kretti ECTS jew ekwivalenti*) fil-Kompjuter u/jew ICT, jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli fil-Livell 6 tal-MQF fil-Kompjuter u/jew ICT.
*Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 kretti ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li lammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 kretti ECTS.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa ta' applikazzjonijiet.
4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.4 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1(iii) jew 4.1 (iv) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar 'l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Sezzjoni tal-People Management, Direttorat Finanzi u Amministrazzjoni, Uffiċċju tal-Prim Ministru |
Contact Persons : | Ms. Shaznay Fenech Ms. Romina Brincat |
Address : | Berġa ta' Kastilja, Valletta |
Telephone : | 22001067 22001016 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.