Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A-Research Analyst (External Relations) |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, jilqa’ applikazzjonijiet ghall-pożizzjoni ta’ Research Analyst (Relazzjonijiet Esterni) fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.
Salarju
3.1 Is-salarju ta' Malta u l-Allowances ta' Post Aġġustament marbut mal-pożizzjoni ta’ Research Analyst huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 9 (ekwivalenti ghal €30,937.67 fl-2026), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar. Barra minn hekk, ir-Research Analyst ser jirċievi l-benefiċċji u l-allowances kif spjegati fil-'Conditions of Service for Officers Serving Overseas'.
3.2 F'każijiet fejn il-persuna magħżula tkun diġà qed isservi fil-pożizzjoni ta' Research Analyst b'salarju, benefiċċji u allowances li huma ogħla minn dawk stabbiliti f'paragrafu 3.1 hawn fuq, il-kumpens applikabbli f' dawn il-każijiet eċċezzjonali ta' ħatra mill-ġdid għandu jkun tal-ogħla skala ta' salarju, benefiċċji u allowances.
3.3 Għat-tul tal-Ftehim, ir-Research Analyst ikun marbut mal-'Conditions of Service for Officers Serving Overseas' (MFA 9/2015; CONDSER Jannar 2024 V1.2) li jistgħu jigu aġġornati minn żmien għal żmien.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta' Research Analyst jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom:
i. ikunu ċittadini ta' Malta;
ii. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża; għarfien fil-lingwa Franċiża jkun meqjus bħala vantaġġ;
iii. ikollhom kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta fil-Livell 6 ta' MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS jew ekwivalenti)* f'qasam li jwassalhom biex jaqdu dmirijiethom b'mod effettiv fil-qasam li jkunu applikaw għalih, flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol rilevanti.
*Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet talklawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill- MQRIC jew l-Università ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu ECTS.
Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2 (i) Fid-dawl tan-natura speċifika ta’ din il-pożizzjoni, il-kandidati huma mistennija li jkunu kisbu l-kwalifika tagħhom jew ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjoni.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
5.3 Applikazzjonijiet minn persuna li tkun diġà qed tokkupa l-pożizzjoni ta' Research Analyst fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussell tkun biss ikkunsidrata jekk hija tkun serviet sad-data tal-għeluq ta' din it-talba għall-applikazzjonijiet minn tal-inqas sentejn (2) fil-pożizzjoni kurrenti ta' Research Analyst.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej |
Contact Persons : | Ms Ann Marie Mifsud |
Address : | 331, Allied House, Triq San Pawl, Valletta |
Telephone : | (+356) 2204 3030 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.