Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Charge Nurse (Sptar ta' Riabilitazzjoni Karin Grech)

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/ODPM/3/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 26/06/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 13/07/2026 13:30
    Ministeru: Uffiċċju tad-deputat tal-Prim Ministru u l-Ministeru tas-saħħa
    Dipartiment: Sptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), fl-Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-Post ta’ Charge Nurse biex iwettaq dmirijiet fl-iSptar ta' Riabilitazzjoni Karin Grech (RHKG) fl-Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ Sena (1) .

2.2 Is-salarju ta’ Charge Nurse huwa ta’ Skala ta' Salarju 6, li fis-sena 2026 huwa ta’ €33,931.02 fis-sena, li jiżdied b’€596.33 fis-sena sa massimu ta’ €37,509.00

2.3 Persuna fil-ħatra ta' Charge Nurse ser tirċievi allowance ta' €1,500 fis-sena għal kull dmir addizzjonali li għandu x'jaqsam maż-żona klinika immedjata li assenjata għalijha kif mitlub mill-Management minn żmien għal żmien. Din l-allowance għandha titħallas f'żewġ pagamenti indaqs kull sena

2.4 Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra u suġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.

2.5 Il-persuna maħtura tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fl-iSptar ta' Riabilitazzjoni Karin Grech (RHKG) għall-perjodu ta’ mill-anqas tlett (3) snin mid-data tal-ħatra.

2.6 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-Post ta’ Charge Nurse jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

(A) ikunu profiċjenti fil-Lingwa Maltija u Ingliża. Madankollu, kandidati li ma jkollhomx profiċjenza fil-lingwa Maltija xorta se jiġu kkunsidrati iżda jkunu meħtieġa jiksbu jew il-Premju fil-Malti Mediku għall-Ħaddiema Kliniċi (Livell 2) ipprovdut minn JobsPlus jew il-Malti Mediku għall-Professjonisti tal-Kura tas-Saħħa (Livell 2) ipprovdut mill-Università ta' Malta fil-perjodu ta' probation tar-rwol il-ġdid tagħhom. In-nuqqas li tinkiseb il-kwalifika meħtieġa fil-perjodu ta' probation stipulat jirriżulta fir-revoka tal-ħatra.

(B) Kandidati li huma fil-pussess ta' Ċertifikat ta' Livell Ordinarju tal-Malti fil-grad 5/C jew aħjar huma eżentati milli jiksbu iċ-ċertifikati imsemmija hawn fuq fil-klawżola 4.1 (A).

(C) Kwalunkwe ħlas relatat għall-kors u l-valutazzjoni għandu jitħallas mill-kandidati prospettivi magħżula. Madankollu, spejjeż bħal dawn jistgħu jiġu mitluba permezz tal-Iskema ta' Żvilupp Professjonali Kontinwu (CPD).

U

(D) ikunu profiċjenti fil-Lingwa Ingliża;

JEW

billi

  • jipprovdu prova sad-data tal-intervista, li l-kwalifika primarja tal-infermiera saret fil-Lingwa Ingliża;

JEW

  • billi tipprovdi sad-data tal-intervista, ċertifikazzjoni valida, ċertifikat validu tal-IELTS (Intermediate English Language Testing System) b'punteġġ medju ta' 6 jew aktar fl-oqsma tas-smigħ, il-qari, il-kitba u t-taħdit. Kwalifika ekwivalenti ċċertifikata għall-IELTS (Overall Band Score 6) eż. GCSE Cambridge: Grad C, TOEFL (IBT): 60-80, CEFR: B2 tiġi aċċettata wkoll.

JEW

  • billi tipprovdi dokumentazzjoni li turi mill-inqas 6 xhur esperjenza ta' xogħol ċertifikata Full Time Equivalent bħala infermier/a reġistrat/a fir-Renju Unit, l-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellem bl-Ingliż fejn l-Ingliż huwa l-lingwa primarja u/jew uffiċjali.

L-Uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom jew fil-ħatra preċedenti tagħhom fl-istess linja ta’ karriera, dment li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-eliġibbilita’ l-oħra kollha. Dawn luffiċjali pubbliċi jridu jkunu fil-grad ta’, jew kellhom il-grad ta’: -

(E) Staff Nurse fi Skala ta' Salajru 8 b'minimumu ta' seba' (7) snin servizz fil-grad ta' Staff Nurse, inkluż servizz temporanju u każwali.

JEW

(F) Senior Staff Nurse fi Skala ta' Salarju 8 jew Skala ta' Salarju 7 b'minimu ta' ħames (5) snin servizz fil-grad ta' Staff Nurse jew aktar, inkluż servizz temporanju u każwali;

JEW

(G) Practice Nurse (Skala ta' Salarju 6) b'minimu ta' sentejn (2) servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Practice Nurse.

Uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad inqas anke jekk mhux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.   
4.4 Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.  L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 

Ministry / Department :

Diviżjoni tal-People Management

Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa

Contact Persons :

Ms. Maureen Mahoney

Direttur Ġenerali (People Management)

Address :

15, Palazzo Castellania

Triq Merkanti,

Valletta VLT1171

Telephone :

+356 2299 2604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.