Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Operative IV (Heavy Plant Driver)

     Nru. ta' Referenza Cirkulari Nru. HR/MGP 5/2026


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 17/04/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 04/05/2026 17:15
    Ministeru: Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar
    Dipartiment: Direttorat ghall-Manutenzjoni u l-Indafa Pubblika

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Operative IV (Heavy Plant Driver) fil-Maintenance and Public Cleansing Directorate fil-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Is-salarju ta’ Operative IV (Heavy Plant Driver) huwa ta’ Skala ta' Salarju 16, li fis-sena 2026 huwa ta’ €17,701.00 fis-sena, li jiżdied b’€263.00 fis-sena sa massimu ta’ €19,279.00.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Operative IV (Heavy Plant Driver) titla’ fi Skala 15 (€19,111.00 x €298.00 - €20,899.00 fis-sena 2026) wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti fi skala ta' Salarju 16 bħala Operattiv III u/jew Operattiv IV.

2.4 Il-persuni maħtura jkunu ntitolati wkoll għall-ħlas tal-klassi annwali ta' €700.

Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-Unions kompetenti.

2.5 Jekk il-persuna magħżula tkun impjegata ta’ organizzazzjoni fis-Settur Pubbliku aktar wiesgħa, hi tkun meħtieġa tagħmel l-arranġamenti tagħha sabiex tkun rilaxxata mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.

2.6 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).  

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Operative IV (Heavy Plant Driver) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jew impjegati tas-Settur Pubbliku

U

(i) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u dik Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;

U

(ii) ikunu fil-pussess ta' liċenzja valida tal-Kategorija C, li tinkludi liċenzji CI, CIE, C u CE.

U

(iii) ikunu fil-pussess ta' kors validu tal-Fork-lifter.

L-Uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom jew fil-ħatra preċedenti tagħhom fl-istess linja ta’ karriera, dment li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-eliġibbilita’ l-oħra kollha. Dawn luffiċjali pubbliċi jridu jkunu fil-grad ta’, jew kellhom il-grad ta’: -

(iv) Operative II jew Operative III.

Uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad inqas anke jekk mhux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.          
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.       

4.4 Uffiċjali pubbliċi li huma normalment residenti f'Għawdex iżda bħalissa jaħdmu f'Malta, u li għandhom l-istess grad sostantiv bħal dak li qed jiġi rekalamat, jistgħu japplikaw lateralment. Jekk jintgħażlu, dawn l-uffiċjali pubbliċi jiġu assenjati b'mod permanenti biex jaħdmu f'Għawdex bil-grad rispettiv, id-dritt tas-salarju, u l-punt tas-salarju tagħhom, inkluż id-dritt għal żidiet, kwalunkwe progressjoni u promozzjoni marbuta mal-post. Huwa ċċarat li dawn il-kandidati mhux se jingħataw marki addizzjonali fil-proċess tal-għażla għall-pussess ta' kwalunkwe kwalifiki li huma rekwiżiti ta' eliġibilita' kif dikjarat f'din is-sejħa għall-applikazzjoni.

Ministry /Department :

 MInisteru għal Għawdex u l-Ippjanar

Contact Persons :

 Isabella Grech

Address :

 Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar

 Direttorat għas-Servizzi Korporattivi

 Fergħa tal-People Management

 Pjazza San Franġisk

 Rabat Għawdex

Telephone :

 22155331

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.