Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A - Dmirijiet / Duties |
Deskrizzjoni qasira tal-post
- Is-Segretarju Permanenti (Nies u Standards), Uffiċċju tal-Prim Ministru tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior ICT Support Officer (fuq bażi ta' xift) fis-Servizz Pubbliku ta' Malta.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.
2.2 Is-salarju ta’ Senior ICT Support Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2024 huwa ta’ €22,642.98 fis-sena, li jiżdied b’€375.17 fis-sena sa massimu ta’ €24,894.00.
2.3 Persuna fil-grad ta’ Senior ICT Support Officer titla’ fi Skala ta' Salarju 10 (€24,085.98 x €407.67 - €26,532.00 fl-2024) wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti u jekk tkun lestiet kors ta' ICT toolkit speċifiku relatat ma' dan il-grad kif stabbilit minn żmien għal żmien mill-Amministrazzjoni Ċentrali.
2.4 Il-kandidati magħżula ikunu intitolati għal ħlas ta' Class Allowance ta' €1,200 fis-sena.
2.5 Il-kandidati magħżula ser ikunu meħtieġa jaħdmu fuq bażi ta' xift. Shift allowances japplikaw.
2.6 Il-persuna magħżula tista' tkun meħtieġa li tuża t-trasport tiegħu/tagħha, f'liema każ għandha tkun fil-pussess tal-liċenzja nadifa tas-sewqan (Kategorija B u Kategorija C1) kif meħtieġ mill-awtorita' kompetenti responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan, b'minimu ta' sentejn (2) esperjenza ta' sewqan tajjeb.
2.7 Mhux se jkun possibbli li jintalab transfer minn dawk appuntati qabel perjodu ta' sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta' sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu d-dmirijiet tal-post ta' Senior ICT Support Officer x'imkien ieħor, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior ICT Support Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
- kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Ingliża ;
- a. ikollhom kwalifika rikonoxxuta f'livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*), f'Computing u/jew ICT jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli;
JEW
b. Uffiċjali Pubbliċi fi skala mhux inqas minn Skala ta' Salarju 13, bi tlett (3) snin esperjenza ta' xogħol relevanti u li għandhom kwalifika rikonoxxuta f'Computing jew ICT certification f'livell 4 tal-MQF (b'minimu ta' 60 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli.
* Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 60 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://recruitmentadmin.gov.mt//attachments/2024_02_13_11_45_06_General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Ottubru, 2024. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
4.3 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Office of the Prime Minister - People and Standards Division |
Contact Persons : | Ms Xylona Galea / Ms Janice Aber |
Address : | 3, Castille Place, Valletta |
Telephone : | 2200 1206 / 2200 1352 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.