Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, l-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).
1.1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Edukatur fuq bażi part-time fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (MAVC) fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni għal perijodu definit fuq bażi part-time, kif u meta jkun meħtieġ.
1.2. a. Applikanti jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni ta’ Edukatur fuq bażi part-time biex iservu f'Malta Skola ta' Drama u Żfin f’wieħed jew aktar mis-suġġetti/oqsma li jidhru hawn taħt:
- Wardrobe Technician (with the focus on preservation, cataloguing epic theatrical costumes, practical repair, fitting and handling of garments)
b. Applikanti jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni ta’ Edukatur fuq bażi part-time biex iservu f'Malta Skola tal-Mużika f’wieħed jew aktar mis-suġġetti/oqsma li jidhru hawn taħt:
- Music Knowledge & Understanding (Classical Theory)
- Jazz Knowledge & Understanding (Contemporary Theory)
- Pianoforte performance
- Violin performance
- Viola performance
- Low Brass performance (Trombone and Tuba)
- Drums & Classical Percussion performance
ċ. Applikanti jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni ta’ Edukatur fuq bażi part-time biex iservu f'Malta Skola tal-Arti f’wieħed jew aktar mis-suġġetti/oqsma li jidhru hawn taħt:
- Life Figure Models
- Drawing and Painting
d. Applikanti jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni ta’ Edukatur fuq bażi part-time biex iservu f'Għawdex, Skola tal-Visual u Performing Arts f’wieħed jew aktar mis-suġġetti/oqsma li jidhru hawn taħt:
- Clarinet performance
- Flute performance
- Low Brass performance
- Drums & Classical Percussion performance
- Contemporary Guitar performance
- Piano Accompaniment
- History of Art
- Acting & Drama
1.3. Il-Persuna magħżula tista’ tintalab tagħti servizz fi kwalinkwe skola li jiffurmaw parti mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta u s-suġġett/qasam li applika għalih.
L-iskejjel li jifformaw parti mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli f' Malta u Għawdex huma:
- Malta Skola tal-Arti, Valletta,
- Malta Skola tal-Mużika Ħamrun,
- Malta Skola ta' Drama u Żfin , B.Bajda,
- Għawdex, Skola tal-Visual u Performing Arts, Xewkija.
Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli joffri numru ta’ korsijiet f’ħinijiet differenti tal-ġurnata, mit-Tnejn sas-Sibt. Ġeneralment il-korsijiet huma offruti bejn 15:00 u 20:00 matul il-ġimgħa u mit-08:30 sa 12:30 nhar ta’ Sibt. Ħinijiet oħra jistgħu japplikaw biex ikun assigurat li l-bżonnijiet tal-istudenti jintlaħqu.
1.4. Persuna magħżula tista’ tintalab tagħmel kull taħriġ speċjali skont il-bżonn.
Salarju
3.1. Edukatur fuq bażi part-time ser jaħdem fuq bażi part-time għal numru ta’ siegħat fil-ġimgħa liema numru ta’ sieghat jiġi determinat qabel il-bidu tal-impjieg, jiddependi minn numru ta’ applikanti li jkunu applikaw biex jattendu għall-korsijiet u/jew kwalunkwe esiġenzi li jistgħu jinqalgħu/jinbidlu minn żmien għal żmien.
3.2. Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Edukatur fuq bażi part-time jitħallas bir-rata ta' €23.74 fis-siegħa skond in-numru ta' lezzjonijiet/xogħol assenjat flimkien ma’ bonuses pro-rata (ta' nofs is-sena u Milied) u d-dħul supplimentari. Ir-remunerazzjoni tinkludi l-preparazzjoni, il-ħin tal-kuntatt u kwalunkwe dmir ieħor relatat.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Edukatur fuq bażi Part-time fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u/jew Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni; u
iii. fil-pussess tagħhom kwalifika ta' Master's rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 90 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fis-suġġett/qasam li għaliha saret l-applikazzjoni; jew
iv. fin-nuqqas ta’ applikazzjonijiet minn applikanti eliġibbli skont il-paragrafu 5.1 (iii) hawn fuq u/jew fin-nuqqas ta’ numru suffiċjenti ta’ kandidati li jintgħażlu, l-eliġibilità għandha tiġi estiża għal applikanti li għandhom kwalifika rikonoxxuta ta’ Bachelors fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 krettu ECTS/ECVET, jew ewkwivalenti**) fis-suġġett/qasam li għaliha saret l-applikazzjoni; jew
v. fin-nuqqas ta’ applikazzjonijiet minn applikanti eliġibbli skont il-paragrafu 5.1 (iii) u (iv) hawn fuq u/jew fin-nuqqas ta’ numru suffiċjenti ta’ kandidati li jintgħażlu, l-eliġibilità għandha tiġi estiża għal applikanti li għandhom kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 60 krettu ECTS/ECVET, jew ewkwivalenti***) fissuġġett/ qasam li għalih saret applikazzjoni.
*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettata biss bilkundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Master's mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS/ECVET.
**Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET.
***Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 60 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali).
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2. (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation |
Contact Persons : | Edu Servizz.gov |
Address : | Great Siege Road,Floriana,VLT2000 |
Telephone : | 2598 0000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.