Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Project Officer (Paying Agency) fil-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel.
Salarju
3.1 Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Project Officer (Paying Agency) huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 9 (ekwivalenti għal €30,937.67 fl-2026), li jilħaq il-massimu tal-iskala malkonferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar.
3.2 Persuna magħżula tkun intitolata wkoll għall:
i) Performance bonus sa massimu ta' 10% tas-salarju bażiku tagħha. Ir-rata attwali tiġi stabbilita b'diskrezzjoni tas-Segretarju Permanenti (MAFF);
ii) Disturbance allowance (minflok overtime) ta' 15% tas-salarju rispettiv li jista', f'ċirkustanzi eċċezjonali u għal perjodi speċifiċi kif awtorizzat mis-Segretarju Permanenti rispettiv, jitilaw għal 25%.
U
iii) Pro-rata responsibility allowance, stabbilita għal 25% tal-iskala ta' salarju rispettiv.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Project Officer (Paying Agency) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:
- kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u dik Ingliża sabiex jitwettqu b'mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;
U
- (a) fil-pussess ta' Bachelor's rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għal-minimu ta' 180 ECTS krettu jew ekwivalenti*) fil-European Studies, jew International Studies, jew Management Studies, jew Economics, jew Business Studies, jew Social Sciences, jew Geography, jew Geographical Information Systems (GIS), jew Horticulture, jew Animal Management and Veterinary Nursing, jew Mediterranean Argo-Systems Management, jew Environment/Earth Systems, jew Communications, jew ICT, jew Accountancy, jew kwalifika rikonoxxuta, professjonali, komparabbli, fil-Livell 6 tal-MQF fl-Accountancy jew ICT, jew f'oqsma oħra relevanti kif ddeterminat mil-Manigment, flimkien ma sena (1) esperjenza ta' xogħol rilevanti għal rwol relatat ma' finanzjament tal-UE;
JEW
- b) ikollhom, fil-pussess degree ta' Bachelors rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fil-European Studies, jew International Studies, jew Management Studies, jew Economics, jew Business Studies, jew Social Sciences, jew Geography, jew Geographical Information Systems (GIS), jew Horticulture, jew Animal Management and Veterinary Nursing, jew Mediterranean Argo Systems Management, jew Environment/Earth Systems, jew Communications, jew ICT, jew Accountancy, jew kwalifika rikonoxxuta, professjonali, komparabbli, fil-Livell 6 tal-MQF fl-Accountancy, jew ICT, jew f'oqsma oħra relevanti kif ddeterminat mil-Manigment.
Fil-każijiet li kandidati jiġu magħżula abbażi tal-artikolu 5.1 (iii) (b) ta' din is-sejħa, is-salarju marbut malpożizzjoni ta' Project Officer (Paying Agency) huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta' Skala 10 (ekwivalenti għal €29,094.33 fl-2026), li mal konferma tal-ħatra wara sena (1) servizz fil-pożizzjoni jilħaq għallmassimu ta' Skala 9.
* Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet talklawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu ECTS.
JEW
- c) huma Uffiċjali Pubbliċi fi Skala mhux inqas minn Skala 12, jew impjegati tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku, jew impjegati tal-RSSL, it-tnejn f'Livell ta' responsabbilta' komparabbli, b'erba (4) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti għal rwol relatat ma' finanzjament tal-UE.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel |
Contact Persons : | Andrew Galea |
Address : | Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Agriculture Research and Innovation Hub, Triq l-Ingiered, Luqa, LQA 3300 |
Telephone : | 2339 7227 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.