Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English Version |
| Ara d-dokument | Verżjoni bil-Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
B'konformità mall-Ftehim Settorjali li jappartjeni għall-Klassi tal-Infermiera u Qwiebel impjegati fis-Servizz Pubbliku ffirmat fil-25 ta' Settembru 2023,Id-Direttur Ġenerali (People Management), Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa tistieden applikazzjonijiet minn Uffiċċjali Pubbliċi fis- Servizz Pubbliku ta' Malta li huma fil-grad ta' Staff Nurse jew Psychiatric Mental Health Nurse jew Midwife biex jissottometti applikazzjoni biex iwettqu l-Competency Framework and Evaluation Programme bl-għan li jiġu promossi għall-grad ta' Senior Staff Nurse JEW Senior Psychiatric Mental Health Nurse JEW Senior Midwife fi Skala ta' Salarju 8.
Salarju
Is-salarju għall-Post ta' Senior Staff Nurse / Senior Psychiatric Mental Health Nurse / Senior Midwife huwa Skala tas-Salarju 8, li fis-sena 2026 huwa ta' €30,405.02 fis-sena, li jiżdied b'żidiet annwali ta' €486.83 sa massimu ta' €33,326.00 fis-sena.
Dmirijiet
Id-dmirijiet ta’ Senior Staff Nurse / Senior Psychiatric Mental Health Nurse/ Senior Midwife huma spjegati f’Anness 'A'.
Eliġibbiltà
2.1 Soġġett jekk ikunu qdew dmirijiethom b’mod sodisfaċenti, sal - Ġimgħa 26 ta Ġunju 2026, l- applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi:
JEW
(2.1.1) fil-grad ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse / Midwife fi Skala ta' Salarju 9 li huma fil-pussess ta’ Degree f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 ECTS krediti jew ekwivalenti) f'Nursing / Midwifery jew ekwivalenti, jew ikunu ġew approvati mill-Università għall-għoti ta’ dak id-degree, U li għandhom mill-inqas ħames (5) snin servizz ta’ nursing/midwifery sodisfaċenti fil-grad.
JEW
(2.1.2) fil-grad ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse / Midwife fi Skala ta' Salarju 9 li huma fil-pussess ta’ Diploma f’Livell 5 tal-MQF jew ekwivalenti (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS krediti) f'Nursing / Midwery, U li għandhom għaxar (10) snin servizz ta’ nursing/midwifery sodisfaċenti fil-grad U fil-pussess ta' Warrant. Applikanti li għadhom ma għandhomx warrant iridu japplikaw mal-Kunsill għall-Infermiera u Qwiebel u jissottomettu konferma tal-eliġibilità tagħhom. Applikanti kkonfermati bħala eliġibbli għall-warrant, iżda li għadhom ma rċevewx id-dokument uffiċjali jkollhom l-eliġibilità tagħhom soġġetta għas-sottomissjoni tal-warrant sad-data tal-ħatra tagħhom
JEW
(2.1.3) fil-grad ta’ Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse fi Skala ta’ Salarju 9 fil-Pussess ta EN-SN Conversion Course b'minn tal-inqas għaxar (10) snin servizz fil-klassi, li tlieta (3) minnhom għandhom ikunu servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse.
JEW
(2.1.4) fil-grad ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse / Midwife fil-pussess ta' Masters Degree xieraq f’Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 90 ECTS krediti jew ekwivalenti) jew ogħla, jew ikunu ġew approvati mill-Università għall-għoti ta’ dak id-degree, U li għandhom sentejn (2) servizz nursing/midwifery sodisfaċenti fil- grad.
*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l- 2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill- MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS.
JEW
(2.1.5) eliġibbli fis-sejħa preċedenti li ma jkunux temmew b'suċċess il-Competency Framework and Evaluation Programme.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Diviżjoni tal-People Management Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa |
Contact Persons : | Ms. Maureen Mahoney (Direttur Ġenerali, People Management) |
Address : | 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta VLT1171 |
Telephone : | +356 2299 2604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.