Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, l-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Għalliema part-time għall-summer catch-up classes fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni għal perjodu ta’ tmien (8) ġimgħat, mit-13 ta’ Lulju 2026 sat-03 ta’ Settembru 2026, li jistgħu jiġġeddu għall-catch-up classes tax-xitwa, għas-suġġett/qasam li ġej:
- Primarja
- Matematika
- Fiżika
- Xjenza
- Arti
- Edukazzjoni Fiżika (P.E.)
- It-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT)
Salarju
3. Ir-remunerazzjoni għall-summer catch-up classes għandha tiġi kkalkulata kif ġej: għal kull 40 minuta ta' ħin ta' kuntatt tal-lezzjoni, se jiżdiedu 30 minuta addizzjonali ta' ħin mingħajr kuntatt għat-tħejjija. Ir-rata ta' remunerazzjoni titħallas b'€24.34 fis-siegħa. Ir-rata part-time tintuża għal skopijiet ta' tnaqqis tat-taxxa.
Il-ħatra definittiva part-time tagħhom tista' tiġġedded għal perjodi oħra inkluż il-perjodu tax-xitwa.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Għalliema part-time għall-summer catch-up classes jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. jkunu kapaċi jikkomunikaw bil-lingwi tal-Malti u l-Ingliż sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni; u
iii. għalliema li għandhom warrant permanenti jew temporanju; u
iv. ikunu bħalissa qed jgħallmu is-suġġett/qasam li għalih saret l-applikazzjoni fi skola liċenzjata li toffri edukazzjoni obbligatorja. Jistgħu japplikaw ukoll l-applikanti li jgħallmu fl-Iskejjel Primarji (inklużi l-Għalliema Kumplimentari u l-Appoġġ tal-Litteriżmu).
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation |
Contact Persons : | Edu Servizz.gov |
Address : | Great Siege Road,Floriana,VLT2000 |
Telephone : | 2598 0000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.