Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Trainee Probation Officer

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 10 ta' Lulju, 2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Oħrajn
    Data ppubblikata: 10/07/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 24/07/2026 13:30
    Ministeru: Ministeru għall-Intern u s-Sigurta'

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Duties Trainee Probation Officers 
  1. Id-Direttur (Probation u Parole), tjilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Trainee Probation Officer fid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole, Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà.

2.1 Persuna magħżula tidħol f'assignment ta' sena (1) bħala Trainee Probation Officer fid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole, fil-Ministeru għall-Intern u s- Sigurtà. Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tliet (3) xhur. Il-kuntratt tat-Traineeship jigi terminat jekk it-trainees ma jilħqux livell sodisfaċenti fuq il-post tax-xogħol jew jonqsu milli jitterminaw il-kors b'suċċess fis-sena akkademika stipulata. Id-Direttur tista' testendi l-kuntratt definit għall-perjodu ieħor ta' (12) tnax-il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Trainee Probation Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2026 huwa ta’ €23,816.00 fis-sena.

2.3 It-Trainee Probation Officer għandu japplika għal kors ta’ studju tal-Post-Graduate Diploma fil-Probation Services jew l-ekwivalenti. Jekk minħabba xi raġuni jew oħra, il-kors ma jkunx se jiftaħ fis-sena tal-ħatra, it-Trainee Probation Officer għandu sal-aħħar tas-sena segwenti biex jerġa’ jipprova japplika għall-kors tal-Post-Graduate Diploma fil-Probation Services jew l-ekwivalenti, inkella l-kuntratt jiġi tterminat. Id-Direttur jista’ jestendi l-kuntratt definit għall-perjodu ieħor ta’ (12) tnax-il xahar.

2.4 Mat-tmiem b'suċċess tal-kors ta' studju tal-Post-Graduate Diploma fil-Probation Services jew l-ekwivalenti f'livell MQF 7, persuna fil-grad ta' Trainee Probation Officer tinħatar bħala Probation Officer III fi Skala ta' Salarju 8 (li fis-sena 2026 huwa ta' ta' €30,405.02 x €486.83 - €33,326.00).

2.5 Il-ħatra bħala Probation Officer III (Skala 8), hija bi prova għal sena (1) u hija full-time.

2.6 Persuna fil-grad ta' Probation Officer III (Skala ta' Salarju 8) titla’ għal Skala ta' Salarju 7 (li fis-sena 2026 huwa ta' €32,158.00 x €531.17 - €35,345.02) wara tliet (3) snin servizz fil-grad ta' Probation Officer III (Skala ta' Salarju 8), dejjem jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.

2.7 Probation Officers li huma fil-pussess ta' kwalifika relevanti f'livell 7 ta' MQF fi Human u Social Sciences hekk kif inhu determinat mill-management minn żmien għall-żmien, għandhom jidħlu fi Skala ta' Salarju 8 u jipprogressaw skont il-ftehim kollettiv.

2.8 Persuna fil-ħatra ta' Trainee Probation Officer għandha jkollha xeħta biex tikkomunika u tkun kapaċi tibni relazzjonijiet interpersonali. Teħtieġ li jkollha wkoll interviewing skills u ħiliet fil-kitba tajbin. Il-persuna maħtura għandha tkun organizzata u jkollha time management skills tajba, kif ukoll jkollha għajn għad-dettal u kapaċi tipproċessa informazzjoni kunfidenzjali b’mod diskret.

2.9 Training Probation Officers magħżula jistgħu jiġu mistennija li jaqdu d-dmirijiet tagħhom bħala parti mis-servizz ta' emerġenza ta' erbgħa u għoxrin (24) siegħa.

2.10 Trainee Probation Officers huma mistennija li jaħdmu sigħat irregolari tal-ġurnata skont l-esiġenzi tax-xogħol.

2.11 Trainee Probation Officers huma mistennija li jkollhom fil-pussess tagħhom liċenzja valida tas-sewqan jew ikunu jinsabu fil-proċess li jiksbu waħda u jkunu mistennija jużaw il-mezz tat-transport tagħhom għax-xogħol. Huma jkunu intitolati għall-allowance approvata.

2.12 Trainee Probation Officer huwa marbut li jaħdem mad-Dipartiment tal-Probation u l-Parole għal perjodu fiss mat-tlestija tal-kors akkademiku. Dan huwa fid-dawl li d-Dipartiment se jkun qiegħed jiskuża lit-Trainee Probation Officer mix-xogħol biex ikompli l-istudji tiegħu. Dan jimxi mal-Manwal tal-Isponsorships u Study Leave maħruġ mill-Istitut tas-Servizzi Pubbliċi fl-2018. Għal dan il-għan, it-Trainee Probation Officer irid jiffirma l-Formula tal-Impriża għal Studju Akkademiku meta jaċċetta l-ħatra.

2.13 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.  
2.14 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).  

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Trainee Probation Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
  1. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u Ingliża;

  2. (a) għandhom fil-pussess tagħhom ir-rekwiżiti minimi għad-dħul fil-kors rikonoxxut tal-Post-Graduate Diploma fis-Servizzi tal-Probation f'livell 7 tal-MQF jew kwalifika xierqa, komparabbli u rikonoxxuta, jiġfieri:
  • First Degree Category II f'livell 6 tal-MQF (b'minimu ta' 180ECTS krediti jew ekwivalenti) f'suġġetti kkunsidrati relevanti; jew
  • Honours Degree, second class f'livell 6 tal-MQF  (b'minimu ta' 180ECTS krediti, jew ekwivalenti) f'suġġetti kkunsidrati relevanti.
(b) għandhom ikunu ġew magħżula wara intervista magħmula mill-Università ta' Malta sabiex jibdew il-kors Post-Graduate Diploma fis-Servizzi tal-Probation jew ekwivalent.

(ċ) Id-Dipartiment ser jiffaċilita l-progress ta' dawk appuntati bħala Trainee Probation Officers li jkunu spiċċaw il-kors tal-Post-Graduate Diploma fis-Servizzi tal-Probation sabiex jispiċċaw il-Masters fis-suġġett imsemmi. Dan huwa bla preġudizzju għas-servizz offrut lil klijenti.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
      
4.2 i. Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 iii. jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

ii. Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.          
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        


Ministry / Department :

 Dipartiment tal-Probation u l-Parole

Contact Persons :

Gordon Grech

Address :

Millennia Building, 3 sular, Triq Aldo Moro, Il-Marsa, MRS9065

Telephone :

22951508

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.