Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Lead (Professional Management) (Physiotherapy)

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/ODPM/13/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 10/07/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 24/07/2026 13:30
    Ministeru: Uffiċċju tad-deputat tal-Prim Ministru u l-Ministeru tas-saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Lead (Professional Management) (Physiotherapy) fl-Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa.

3. Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Lead (Professional Management) (Physiotherapy) huwa ekwivalenti għal Skala ta’ Salarju 5 li fis-sena 2026 hu ta' €35,837.98 li jitla’ b’żidiet fis-sena ta’ €640.67 sa massimu ta’ €39,682.00. 

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Lead (Professional Management) (Physiotherapy) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/ detailed/deployed/ attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jew ħaddiema tas-Settur Pubbliku li huma ssekondati mas-Servizz Pubbliku jew ħaddiema tal-RSSL.

i. ikunu profiċjenti fil-Lingwa Maltija u Ingliża.

L-Uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom jew fil-ħatra preċedenti tagħhom fl-istess linja ta’ karriera, dment li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’  l-eliġibbilita’ l-oħra kollha.  Dawn l-uffiċjali pubbliċi jridu jkunu fil-grad ta’, jew kellhom il-grad ta’:

A) Executive Allied Health Practitioner (Skala ta’ Salarju 5) bi tliet (3) snin ta’ servizz sodisfaċenti 

JEW

B) Clinical Allied Health Practitioner (Skala ta’ Salarju 5) bi tliet (3) snin ta’ servizz sodisfaċenti.

Uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad inqas anke jekk mhux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.

5.2 Lead (Professional Management) irid jaqbeż sejħa waħda (1) għall-applikazzjonijiet wara li jlesti żewġ (2) termini ta' 3 Snin, biex jerġa' jiġi kkunsidrat eliġibbli, jekk irid jerġa' japplika għall-pożizzjoni ta' Lead (Professional Management). Jekk ma jkunx hemm applikanti għall-pożizzjoni ta' Lead (Professional Management), l-uffiċjal preċedenti jista' jerġa' japplika għal din il-pożizzjoni.

5.3 Skont il-ftehim settorjali ffirmat fil-15 ta' Mejju 2026, l-uffiċjali attwali għandu jkollhom it-terminu attwali kkunsidrat bħala l-ewwel (1) terminu.

5.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq ilbażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw issnin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.

Ministry / Department :

Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa

Diviżjoni tal-People Management 

Contact Persons :

Ms. Maureen Mahoney (Direttur Ġenerali, People Management)

Address :

15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti

Valletta VLT1171

Telephone :

+356 2299 2604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.