Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Post ta' Junior Architect and Civil Engineer fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali

     Nru. ta' Referenza Government Gazette


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 05/01/2018 08:00
    Data tal-għeluq: 19/01/2018 12:00
    Dipartiment: Protezzjoni Ċivili

Konnessjoni
Ara d-dokument Post of Junior Architect and Civil Engineer in the CPD 
Post Ta' Junior Architect and Civil Engineer fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili fil-Ministeru għall Intern u s-Sigurta Nazzjonali

Is-salarju ta’ Junior Architect and Civil Engineer huwa ta’ Skala ta' Salarju 9, €20,590 fis-sena, li jiżdied b’€447.33 fis-sena sa massimu ta’ €23,274. Persuna fil-grad ta’ Junior Architect and Civil Engineer titla’ fi Skala 8 (€21,951 x €486.83 - €24,872) wara sentejn (2) servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti. Persuna gradwata fl-Architecture and Civil Engineering li jkollha fil-pussess tagħha warrant biex tipprattika bħala Perit u li jkollha minn tal-inqas tliet (3) snin prattika wara li otteniet il-warrant ta’ Architect and Civil Engineer, tidħol direttament fi Skala ta’ Salarju 8 bħala Architect and Civil Engineer. Persuna fil-grad ta’ Architect and Civil Engineer (Skala ta’ Salarju 8) li jkollha fil-pussess tagħha minn tal-inqas tmien (8) snin prattika professjonali fis-Servizz Pubbliku/Settur Pubbliku wara li ġġib il-warrant tipprogressa għall-Skala ta’ Salarju 7 (€23,431 x €531.17 - €26,618) jew sitt snin jekk ikollha xi kwalifika ta’ wara l-gradwazzjoni xierqa u rikonoxxuta, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti. Junior Architect and Civil Engineer jifforma parti mill-Forza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u jkun bil-kundizzjoni għal ġimgħa ta’ xogħol ta’ sitta u erbgħin (46) siegħa fuq shift basis fuq sebat (7) ijiem (mit-Tnejn sal-Ħadd), jew roster ieħor kif magħżul mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Il-persuna nnominata tkun intitolata għal benefiċċji oħra u soġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Union kompetenti.

Dmirijiet

  1. Inspections to allow assessment and prepare a report on the condition of the Civil Protection Department buildings and other structures as necessary;
  2. Stħarriġ arkitettoniku, għajnuna fid-disinn ta’ interventi u tħejjija ta’ Method Statements kif meħtieġ; 
  3. Tħejjija ta’ dokumenti għal sejħiet għall-offerti, li jinkludu speċifikazzjonijiet tekniċi u bill of quantities għat-twettiq ta’ proġetti ta’ restawr, rijabilitazzjoni u inġinerija ċivili fejn meħtieġ;
  4. Superviżjoni fuq lantijiet tax-xogħol;
  5. Kordinazzjoni u kollaborazzjoni mal-entitajiet relevant fit-tħejjija ta’ strateġiji effettivi għall-immaniġġar ta’ binjiet;
  6. Parteċipazzjoni f’riċerka u attivitajiet oħra bil-għan li tittejjeb it-teknika u l-metodi u li jkun hemm kordinazzjoni u implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ riċerka;
  7. Implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili;
  8. Assistance to officials of the Department of Civil Protection at the place of accident if and when necessary;
  9. Performing other duties as the requirements as indicated by the Director of the Department of Civil Protection and / or his / a;
  10. Other duties according to the exigencies of the Public Service as directed by the Principal Permanent Secretary.

Eliġibbiltà

a)       ċittadini ta’ Malta; jew


(b)      ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema;   jew


ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew


(d)      kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew


(e)      ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.


Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.


Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.


(ii)      ikunu profiċjenti fl-użu tal-lingwa Maltija u Ingliża;

ikollhom fil-pussess tagħhom kwalifika rikonnoxuta u rilevanti f’livell ta’ MQF 6 b’minimu ta’ 180 ECTS/ECVETS f’area speċifika u rilevanti (Architecture and Civil Engineering);


          U


(iv)     warrant biex jippratikaw bħala Perit.


Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilità, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta’ Masters f’livell 7 ta’ MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta’ 60 ECTS/ECVETS krediti, fir-rigward ta’ korsijiet li bdew minn Ottubru 2008.


Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq jew ogħla, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.


Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.


Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.


Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.


L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa ghall-post li l-persuna qed tapplika għaliha (applikanti li diġà qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).


Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

     

L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli.

Ministry / Department :

MHAS/Civil Protection Department

Contact Person :

Mr Emanuel Psaila

Address :

Mqabba Road Ta’ Kandja L/O Siggiewi

Telephone :

23930000

Email address :

[email protected]


  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.