Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Duties Staff Nurse |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għall-post ta’ Staff Nurse fis-Servizz Pubbliku ta' Malta.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1) jekk appuntant b’Degree fin-Nursing (Skala 10) u għal perjodu ta’ sitt (6) xhur jekk appuntat b’Diploma fin-Nursing (Skala 12).
2.2 Is-salarju ta’ Staff Nurse bid-Diploma f’Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti) huwa ta’ Skala ta’ Salarju 12, li fis-sena 2020 huwa ta’ €18,142 fis-sena, li jiżdied b’€354 fis-sena sa massimu ta’ €20,266. Persuna fil-grad ta’ Staff Nurse (bid-Diploma) titla’ minn Skala ta’ Salarju 12 għal Skala ta’ Salarju 10 (li fis-sena 2020 hu €20,603 x €407.67 - €23,049 fis-sena) wara tliet (3) snin servizz fil-grad jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti. Persuna fil-grad ta’ Staff Nurse (bid-Diploma) titla’ minn Skala ta’ Salarju 10 għal Skala ta’ Salarju 9 (li fis-sena 2020 hu €21,933 x €447.33 - €24,617 fis-sena) suġġett għall-kisba tal-warrant relevanti biext tipprattika U mat-tlestija ta’ ħames (5) snin ekwivalenza sħiħa ta' servizz sodisfaċenti fil-grad.
2.3 Is-salarju ta’ Staff Nurse bil-BSc (Nursing) degree f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti fir-rigward ta’ programmi li jibdew minn Ottubru 2003) jew l-ekwivalenti tagħha hekk kif jiġi ddeterminat mid-Dipartiment tas-Saħħa, wara konsultazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u lQwiebel (Malta), huwa Skala ta’ Salarju 10, li fi-sena 2020 hu €20,603 fis-sena li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23,049 fis-sena. Persuna fil-grad ta’ Staff Nurse (bid-Degree) titla’ minn Skala ta’ Salarju 10 għal Skala ta’ Salarju 9 (li fis-sena 2020 hu €21,933 x €447.33 - €24,617 fis-sena) wara sentejn (2) servizz bħala Staff Nurse (bid-Degree) fi Skala 10, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.4 Staff Nurse li minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2.2 jew fil-paragrafu 2.3, għandha fil-pussess tagħha postgraduate Masters Degree xierqa fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS / ECVET krediti jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi li jibdew minn Ottubru 2008) jew Dottorat fil-Livell 8 tal-MQF għandu titpoġġa immedjatament fi Skala ta’ Salarju 8 (li fis-sena 2020 hu € 23,358 x € 486.83 - € 26,279 fissena) bħala Staff Nurse.
2.5 Qed jiġi nnutat li s-salarju marbut mal-post ta’ Staff Nurse hu supplimentat b’allowances hekk kif speċifikat fil-ftehim settorali fis-seħħ iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Union ta’ Malta għall-Qwiebel u Infermiera.
Dmirijiet
3.1 Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-post ta' Staff Nurse fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.
Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma’ dan il-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq [email protected].
3.2 Persuni maħtura jiġu stazzjonati f'Ministeru rispettiv skont l-esiġenzi tas-servizz u ittri ta' ħatra jinħarġu mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru rispettiv.
3.3 Il-kandidati magħżulin jistgħu jkunu meħtieġa jaħdmu fuq bażi ta' shift li jinkludi xogħol bil-lejl skont rosters stabbiliti.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
Applikazzjonijiet jiġu wkoll ikkunsidrati minn kandidati li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi u li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija f’paragrafu 4.1(i), dment li jissodisfaw il-rekwiżiti msemmija f’paragrafi 4.1 (ii) sa 4.2. Il-ħatra ta’ dawn il-kandidati teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja.
(ii)(a) profiċjenti fil-lingwa Maltija. Għaldaqstant, kandidati li m’humiex profiċjenti fil-lingwa Maltija xorta ser jiġu kkunsidrati imma għandhom jipprovdu evidenza ta’ profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija qabel il-konferma tal-ħatra li hi fi żmien sena mill-ingaġġ fil-kas ta’ Nurses appuntati bid-Degree, u sitt (6) xhur fil-kas ta’ Nurses appuntati bid-Diploma, billi jgħaddu b’suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 talUniversità ta’ Malta. Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Course in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta. Nurses impjegati b'diploma li ma’ jkunux kisbu dan iċ-ċertifikat fi żmien ta’ prova ta’ sitt (6) xhur, jingħataw estensjoni ta’ darba ta’ sitt (6) xhur biex jiksbu b'suċċess dan iċ-ċertifikat, qabel il-konferma tal-ħatra tagħhom. Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidati prospettivi magħżula. Madankollu, tali spejjeż jistgħu jiġu applikati biex jitħallsu lura permezz tal-iSkema tal-Continuous Professional Development (CPD).
U
b. profiċjenti fil-lingwa Ingliża; Billi jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja fin-nursing ġiet segwita bil-lingwa Ingliża;
Jew
jipprovdu, sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (International English Language Testing System) ta’ band score medju ta’ 6 jew ogħla f’dominji ta’ komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata Rekwiżiti tal-Eliġibbilta’ ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta’ band score medju ta’ 6) eż. GCSE/ Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT) : 60-80, CEFR : B2 jkunu wkoll aċċettati;
JEW
billi jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta’ xogħol iċċertifikata full-time bħala infermiera rreġistrata fir-Renju Unit jew fl-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellmu l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa llingwa primarja u/jew uffiċjali.
U
(iii) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta f’livell 5 tal-MQF b’minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti f’Nursing jew kwalifika komparabbli professjonali U jkollhom ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) bħala Infermiera fl-Ewwel Livell (First Level Nurse), jew ikollhom isimhom imniżżel fit-Taqsimiet Speċjali tar-Reġistru miżmum mill-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) għar-rigward ta’ Infermiera mħarrġa f’oqsma speċjali differenti rikonoxxuti mill-imsemmi Kunsill;
JEW
(iv) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta f’livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti fir-rigward ta’ programmi li jibdew minn Ottubru 2003) f’Nursing jew kwalifika komparabbli professjonali U jkollhom ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) bħala Infermiera fl-Ewwel Livell (First Level Nurse), jew ikollhom isimhom imniżżel fit-Taqsimiet Speċjali tar-Reġistru miżmum millKunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) għar-rigward ta’ Infermiera mħarrġa f’oqsma speċjali differenti rikonoxxuti mill-imsemmi Kunsill.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
4.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta’ Masters f’livell 7 ta’ MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti, fir-rigward ta’ korsijiet li bdew minn Ottubru 2008.
Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
4.3 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.4 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).
4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.6 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Health |
Contact Person : | Maureen Mahoney |
Address : | Director General (People Management) Ministry for Health, Palazzo Castellania, 15, Merchants Street, Valletta, VLT 1171. |
Telephone : | +356 22992604 |
Email address : |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.