Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Competency Framework and Evaluation Programme għall-istaff Nurses, Psychiatric Mental Health Nurses u Midwives li jwassal għall-post ta’ Senior Staff Nurse jew Senior Psychiatric Mental Health Nurse jew Senior Midwife fis-Servizz Publiku ta’ Malta

     Nru. ta' Referenza Circular No: HR/MHA/91/2025


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 17/10/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 31/10/2025 17:15

Konnessjoni
Ara d-dokument Call _English 
Ara d-dokument Annex A  
Ara d-dokument Call_Maltese 
B'konformità mall-Ftehim Settorjali li jappartjeni għall-Klassi tal-Infermiera u Qwiebel impjegati fis-Servizz Pubbliku ffirmat fil-25 ta' Settembru 2023, is-Segretarju Permanenti (Saħħa) u s-Segretarju Permanenti (Anzjanità Attiva), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva tistieden applikazzjonijiet minn Uffiċċjali Pubbliċi fis- Servizz Pubbliku ta' Malta li huma fil-grad ta' Staff Nurse jew Psychiatric Mental Health Nurse jew Midwife biex jissottometti applikazzjoni biex iwettqu l-Competency Framework and Evaluation Programme bl-għan li jiġu promossi għall-grad ta' Senior Staff Nurse jew Senior Psychiatric Mental Health Nurse jew Senior Midwife fi Skala ta' Salarju 8.

Is-Salarju Is-salarju ta’ Senior Staff Nurse / Senior Psychiatric Mental Health Nurse / Senior Midwife huwa ta’ Skala ta’ Salarju 8, li fis-sena 2024 hu €27,179.02, li jiżdied b’€486.83 fis-sena sa massimu ta’ €30,100.00 fis-sena.

Dmirijiet

Id-dmirijiet ta’ Senior Staff Nurse / Senior Psychiatric Mental Health Nurse/ Senior Midwife huma spjegati f’Anness 'A'.

Eliġibbiltà

Soġġett jekk ikunu qdew dmirijiethom b’mod sodisfaċenti, sat-tlieta, 30 ta’ Settembru 2025, l- applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi:

U

(i) fil-grad ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse / Midwife fi Skala ta' Salarju 9 li huma fil-pussess ta’ Degree f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 ECTS / ECVET krediti jew ekwivalenti) f'Nursing / Midwifery jew ekwivalenti, jew ikunu ġew approvati mill-Università għall-għoti ta’ dak id-degree, U li għandhom mill-inqas ħames (5) snin servizz ta’ nursing/midwifery sodisfaċenti fil-grad

JEW

(ii) fil-grad ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse / Midwife fi Skala ta' Salarju 9 li huma fil-pussess ta’ Diploma f’Livell 5 tal-MQF jew ekwivalenti (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS / ECVET krediti) f'Nursing / Midwery, U li għandhom għaxar (10) snin servizz ta’ nursing/midwifery sodisfaċenti fil-grad U fil-pussess ta' Warrant; (Applikanti li għadhom ma għandhomx warrant iridu japplikaw mal-Kunsill għall-Infermiera u Qwiebel u jissottomettu konferma tal-eliġibilità tagħhom. Applikanti kkonfermati bħala eliġibbli għall-warrant iżda li għadhom ma rċevewx id-dokument uffiċjali jkollhom l-eliġibilità tagħhom soġġetta għas-sottomissjoni tal-warrant sad-data tal-ħatra tagħhom)

JEW

(iii) fil-grad ta’ Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse fi Skala ta’ Salarju 9 fil-Pussess ta EN-SN Conversion Course b'minn tal-inqas għaxar (10) snin servizz fil-klassi, li tlieta (3) minnhom għandhom ikunu servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse;  

JEW

(iv) fil-grad ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse / Midwife fil-pussess ta' Masters Degree xieraq f’Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 90 ECTS / ECVETS krediti jew ekwivalenti) jew ogħla, jew ikunu ġew approvati mill-Università għall-għoti ta’ dak id-degree, U li għandhom sentejn (2) servizz nursing/midwifery sodisfaċenti fil- grad.

*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għaddispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS/ECVET.

JEW

(v) eliġibbli fis-sejħa preċedenti li ma jkunux temmew b'suċċess il-Competency Framework and Evaluation Programme.
Ministry/ Department:
People Management Division,
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva
Contact Person:
Maureen Mahoney 
Direttur Ġenerali (People Management)
Address:
Diviżjoni tal-People Management, 
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, 
15, Palazzo Castellania, 
Triq il-Merkanti, 
Valletta, VLT 1171
Telephone:+356 22992604
Email Address:[email protected] 

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.