Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
- Fl-Accounting jew fl-Ekonomija tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Studji tan-Negozju u/jew Retail;
- l-Istudji tan-Negozju tista' wkoll tkun meħtieġa biex tgħallem r-Retail, l-Accounting u l-Ekonomija;
- Fil-Bijoloġija, Kimika jew Fiżika tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Xjenza;
- Id-Disinn u Teknoloġija tista' wkoll tkun meħtieġa biex tgħallem l-Komunikazzjoni Grafika;
- Fl-Engineering Drawing u Computer Aided Design (CAD) tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Komunikazzjoni Grafika;
- Computing u Teknoloġija tal-Informatika Vokazzjonali (VIT) tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll l-ICT;
- Il-Komunikazzjoni Grafika tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Disinn u Teknoloġija;
- Moda u Tessuti bi krettu ECTS rilevanti għall-Ekonomija għad-Dar (HE) tista’ tintalab tgħallem ukoll l-Ekonomija għad-Dar (HE);
- Fix-Xjenza bi krettu ECTS rilevanti għall-Kimika tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Kimika;
- Fix-Xjenza bi krettu ECTS rilevanti għall-Bijoloġija tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Bijoloġija;
- Fix-Xjenza bi krettu ECTS rilevanti għall-Fiżika tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Fiżika;
- Fil-Malti tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll il-Malti bħala Lsien Barrani kull fejn jiġi offrut.
Salarju
Dmirijiet
Eliġibbiltà
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
(g) għall-Edukazzjoni Sekondarja (Ħiliet Bażiċi tal-Ħajja), l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iii) (a) hawn fuq, bi kwalunkwe speċjalizzazjoni fl-oqsma relatati, iżda mhux limitati, maż-żamm u manutenzjoni tad-dar, immaniġjar tal-finanzi personali, il-kura u s-saħħa soċjali, ħiliet fit-tessuti, litteriżmu u użu diġitali u l-kontroll emozzjonali.
(vi)
Jekk ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn applikanti eliġibbli skont paragarafi 5.1 (iii), (iv) u (v) t’hawn fuq u/jew ma jkunx hemm biżżejjed kandidati li kkwalifikaw, l-eliġibbiltà tiġi estiża għal dawk l-applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom:
(a) kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 120 krettu ECTS jew ekwivalenti*) jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li japplikaw għalih, u erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-Matematika, il-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;
JEW
(b) żewġ (2) suġġetti fil-Livell Avvanzat tal-Matrikola (minimu grad E) (MQF Livell 4) jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, fejn wieħed mis-suġġett fil-Livell Avvanzat tal-Matrikola (minimu grad E) jew Award fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 30 krettu ECTS jew ekwivalenti*) jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, irid ikun fis-suġġett/qasam li qed japplikaw għalih u erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-Matematika, il-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;
(c) applikanti li jkunu fil-pussess ta’ Diploma tal-VET f’Livell 4 tal-MQF fl-Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC) (suġġetta għall-minimu ta’ 120 krettu ECTS jew ekwivalenti*) irid ikollhom ukoll Livell ta' Matrikula Avvanzat (minimu Grad E) f’wieħed minn dawn li ġejjin: Malti jew Ingliż jew Matematika jew Suġġett fix-Xjenza u erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal- Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju ("O" Level grad A-Ċ jew 9-4) (Livell 3 tal-MQF), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-lingwa Ingliża, il-lingwa Maltija u l-Matematika;
(d) fil-każ tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni l-applikanti li japplikaw taħt paragrafu 5.1 (vi) (a) jew (b) hawn fuq iridu jkunu fil-pussess ta’ pass fl-ECDL/ICDL Avvanzat. L-applikanti li ma jkollhomx taħriġ speċifiku f’C3 xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li meta jiġu offruti l-impjieg itemmu b’suċċess it-taħriġ meħtieġ f’C3 sa tmiem is-sena skolastika;
(e) fil-każ tal-Edukazzjoni Fiżika, l-eliġibbiltà tkun estiża għal dawk l-applikanti li kisbu MQF Livell 4 fl-Isports U erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC Grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju ("O" Level Grad A–Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;
(f) fil-każ tal-Engineering Drawing/Computer Aided Design (CAD), applikanti li poġġew għall-eżamijiet tal-livell Avvanzat tal-Matrikola (MQF Livell 4) f' Engineering Drawing fl-2010 jew qabel, iridu jippreżentaw ċertifikat tal-Matrikola fil-Livell Avvanzat (minimu Grad E) (MQF Livell 4) fl-Engineering Drawing u ċertifikati tas-City and Guilds Livell 2D u 3D fil-Computer Aided Design jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta. Kandidati li poġġew għal-Livell Avvanzat tal-Matrikola (MQF Livell 4) mill-2011 ’il quddiem iridu jippreżentaw biss iċ-ċertifikat tal-Livell Avvanzat tal-Matrikola fl-Engineering Drawing billi dan sar jinkludi komponenti mill-CAD;
(g) f’każ ta’ suġġetti li ġejjin mgħallma fiċ-ċiklu sekondarju: Agribusiness, Teknoloġija tal-Inġinerija, Hairdressing & Beauty, Saħħa u Kura Soċjali, Ospitalità, Teknoloġija tal-Informatika, Media Literacy, Retail u Moda u Tessuti, l-applikanti jrid ikollhom fil-pussess tagħhom il-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET. L-applikanti li mhux fil-pussess tal-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li tkun inkisbet din il-kwalifika qabel ma tiġi mġedda l-ħatra definittiva għas-sena skolastika li jmiss.
(h) għall-Edukazzjoni Sekondarja (Ħiliet Bażiċi tal-Ħajja), l-eliġibbiltà tkun estiża għal dawk l-applikanti fil-pussess ta’ MQF Livell 4 bi kwalunkwe speċjalizzazjoni fl-oqsma relatati, iżda mhux limitati, maż-żamm u manutenzjoni tad-dar, immaniġjar tal-finanzi personali, il-kura u s-saħħa soċjali, ħiliet fit-tessuti, litteriżmu u użu diġitali u l-kontroll emozzjonali u erba' (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi il-Matematika, il-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija.
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 30/60/120/180 ECTS krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali)
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Edukazzjoni, l-isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni |
Contact Persons : | Dipartiment tal-People Management |
Address : | Triq l-Assedju l-Kbir, Furjana |
Telephone : | 2598 0000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.