Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Annex A - Psychologist_P&SD |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti (Nies u Standards), Uffiċċju tal-Prim Ministru, tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Psychologist speċjalizzat fl-Organisational Psychology fl-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi fi ħdan id-Diviżjoni Nies u Standards fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax (12) -il xahar.
2.2 Is-salarju ta’ Psychologist huwa ta’ Skala ta' Salarju 6, li fis-sena 2026 huwa ta’ €33,931.02 fis-sena, li jiżdied b’€596.33 fis-sena sa massimu ta’ €37,509.00.
2.3 Psychologist (Skala ta' Salarju 6) b'ħames (5) snin servizz sodisfacenti fi Skala ta' Salarju 6, awtomatikament jigi promoss ghal Senior Psychologist (Skala ta' Salarju 5), li fis-sena 2026 huwa ekwivalenti ghal €35,837.98 fis-sena, li jiżdied b’€640.67 fis-sena sa massimu ta’ €39,682.00.
2.4 Il-persuna magħżula tkun intitolata għall-Psychology Class Allowance ta' €6,500 fis-sena, kif stipulat fl-"Agreement pertaining to the Psychology Class between the Government and Malta Chamber of Psychologists" iffirmat fis-7 ta' Frar, 2024.
2.5 Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji oħra tali, u suġġett għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.
2.6 In-natura tax-xogħol ta' Psikologu jirrikjedi l-użu ta' ħinijiet flessibli skont l-esiġenzi tal-klijenti.
2.3 Psychologist (Skala ta' Salarju 6) b'ħames (5) snin servizz sodisfacenti fi Skala ta' Salarju 6, awtomatikament jigi promoss ghal Senior Psychologist (Skala ta' Salarju 5), li fis-sena 2026 huwa ekwivalenti ghal €35,837.98 fis-sena, li jiżdied b’€640.67 fis-sena sa massimu ta’ €39,682.00.
2.4 Il-persuna magħżula tkun intitolata għall-Psychology Class Allowance ta' €6,500 fis-sena, kif stipulat fl-"Agreement pertaining to the Psychology Class between the Government and Malta Chamber of Psychologists" iffirmat fis-7 ta' Frar, 2024.
2.5 Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji oħra tali, u suġġett għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.
2.6 In-natura tax-xogħol ta' Psikologu jirrikjedi l-użu ta' ħinijiet flessibli skont l-esiġenzi tal-klijenti.
2.7 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Psychologist jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Ħaddiema fis-Settur Pubbliku iktar wiesgħa jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.
(i) ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u dik Ingliża;
U
(ii) ikunu reġistrati bħala Psychologists mal-Board, li huma f'pussess ta' Masters' Degree relevanti fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 90 kreditu tal-ECTS jew ekwivalenti*) u fil-pussess ta' warrant irreġistrat.
(ii) ikunu reġistrati bħala Psychologists mal-Board, li huma f'pussess ta' Masters' Degree relevanti fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 90 kreditu tal-ECTS jew ekwivalenti*) u fil-pussess ta' warrant irreġistrat.
*Kwalifika ta' Masters rikonoccuta b'minimu ta' 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta' Masters rikonoxxuta mill-Università ta' Malta (mogħtija qabel l-2009) b'inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Università ta' Malta li l-ammont ta' xogħol huwa komparabbli ma' mill-inqas 60 krettu ECTS.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa ta' applikazzjonijiet.
4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.4 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (ii) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali warrant fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Sezzjoni People Management, Direttorat Finanzi u Amministrazzjoni, Uffiċċju tal-Prim Ministru |
Contact Persons : | Ms. Shaznay Fenech Ms. Romina Brincat |
Address : | Berġa ta' Kastilja, Valletta |
Telephone : | 22001067 22001016 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.