Termini u Kundizzjonijiet
Twissija lill-applikanti kollha - Kull stqarrija falza, rappreżentazzjoni ħażina, jew ħabi ta' fatti materjali fuq dan il-profil jew xi dokument imbgħabas ippreżentat flimkien ma' dan il-profil, jistgħu' jagħtu lok għal passi kriminali.
Niddikjara li d-dettalji kollha fuq dan il-profil huma, sa fejn naf jien, korretti u eżatti.
Protezzjoni tad-Data - Informazzjoni ta' natura personali li int qed tipprovdi fuq dan il-profl hi protetta, u tintuża skond id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.
L-informazzjoni murija fuq dan il-profil tintuża għal skop tal-għażla mill-Ministeru/Dipartiment li qiegħed jippublika din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. Tintuża wkoll mill-People and Standards Division (P&SD) biex iżommu d-dettalji tiegħek, u mis-Sezzjoni Ċentrali tas-Salarji biex isir il-ħlas tas-salarju fil-każ li tiġi magħżul/a.
Publikazzjoni tar-Riżultat - Ir-riżultat finali tal-proċess tal-għażla jiġi ppublikat mill-Kap tad-Dipartiment konċernat u esibit fuq in-notice board tad-Dipartiment li ħareġ is-sejħa. Jistgħu jsiru wkoll petizzjonijiet relatati mal-proċess tal-għażla, li jridu jaslu għand il-Kap tad-Dipartiment rispettiv fi żmien għaxart ijiem (10) ta’ xogħol mid-data tal-publikazzjoni tar-riżultat.