Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. F’konformità mal-kunċett tal-mobilità tal-impjiegi, li jsaħħaħ l-esperjenza tat-tagħlim tal-individwu filwaqt li jindirizza l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi qiegħed ifittex li jiddentifika Uffiċjali Pubbliċi li jokkupaw il-pożizzjoni ta' Revenue Inspectors jew Revenue Officers fi ħdan l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta' Malta biex iwettqu dmirijiet ta' Revenue Inspector Supervisor kif imsemmija hawn fuq, għal perjodu ta’ sena (1) li jista’ jiġġedded għal aktar perjodi.
2. Il-kandidati magħżula għandhom, għall-perjodu li matulu jiġu assenjati tali dmirijiet, iwieġbu lill-Kap tad-Dipartiment fejn jiġu assenjati.
3. Il-perjodu ta’ assenjazzjoni għandu jitqies bħala “servizz fil-grad” għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul tas-servizz, anzjanità, salarju, progressjoni u, fejn applikabbli, għall-finijiet ta’ pensjoni tat-Teżor. Il-prestazzjoni f’dawn id-dmirijiet tiġi wkoll rikonoxxuta fir-Record of Service (GP47).
Salarju
4. Il-kandidati magħżula jkomplu jirċievu s-salarju tal-grad sostantiv tagħhom flimkien mal-pakkett finanzjarju marbut mal-grad ta' Revenue Inspector jew Revenue Officer skont il-Memorandum of Understanding between the Government of Malta and the UĦM-Voice of the Workers pertaining to officers carrying out duties as Revenue Inspectors (ex-VAT Inspectors) and ex-Revenue Officers, għall-perjodu li matulu jkunu assenjati fi kwalunkwe wieħed mid-dmirijiet imsemmija f'Anness A.
4.1. F'konformità mal-livell ogħla ta' responsabbiltà u l-element ta' flessibiltà, Revenue Inspector Supervisor jibbenifika minn allowance addizzjonali ta' €2,000 fis-sena.
4.2. Il-kandidati magħżula jkomplu bid-dmirijiet tal-grad sostantiv tagħhom ladarba ma jibqgħux jaqdu d-dmirijiet marbuta ma’ din l-espressjoni ta’ interess.
4.3. Revenue Inspector Supervisors, li bis-saħħa tal-grad sostantiv tagħhom jibbenefikaw minn progressjoni għal Skala ta' Salarju 7 waqt li jkunu assenjati d-dmirijiet ta' Revenue Inspector Supervisor ikomplu jaqdu dawn id-dmirijiet. Persuni magħżula li matul l-inkarigu ta' Revenue Inspector Supervisors jinħatru f'post/pożizzjoni fi Skala ta' Salarju 7 jew aktar ikollhom iċedu d-dmirijiet ta' Revenue Inspector Supervisor.
4.4. Il-persuni magħżula ser jkunu meħtieġa jużaw il-mezzi tat-trasport tagħhom stess fit-twettiq tax-xogħol uffiċjali tagħhom, li għalih ser jiġu kkumpensati skont it-termini tal-Manwal dwar il-Politiki u l-Proċeduri tat-Trasport u l-Ivvjaġġar.
4.5. Jistgħu jkunu meħtieġa li jaqdu d-dmirijiet tagħhom barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol, inkluż fi tmiem il-ġimgħa jew festi pubbliċi. Ta' dan jkunu renumerati bir-rati tas-sahra approvati fil-Memorandum of Understanding between the Government of Malta and the UHM - Voice of the Workers pertaining to officers carrying out duties as Revenue Inspectors (ex-VAT Inspectors) and ex-Revenue Officers.
Dmirijiet
5. L-uffiċjali pubbliċi fi ħdan l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta' Malta li huma assenjati bid-dmirijiet ta Revenue Inspectors u Revenue Officers huma għalhekk mistiedna jippreżentaw l-espressjoni ta’ interess tagħhom biex jiġu assenjati dmirijiet relatati ma’ waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet huma deskritti fl-Anness A.
Eliġibbiltà
6. L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex jiġi evalwat jekk humiex adatti għal dawk id-dmirijiet li huma esprimew interess fihom. Il-kandidati magħżula jiġu assenjati fuq dmirijiethom skont l-eżitu ta’ tali valutazzjoni u skont l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku.
7. Kull kwalifika u esperjenza dikjarata għandha tkun sostnuta b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, li kopji tagħhom għandhom ikunu mehmuża mas-sottomissjoni tal-Uffiċjal. Kopji skennjati mibgħuta elettronikament huma aċċettabbli.
7.1 Iċ-ċertifikati u/jew it-testimonjanzi oriġinali jridu jintwerew waqt l-intervista mingħajr ebda eċċezzjoni.
8. Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla se jiġi ppubblikat mis-Segretarju Permanenti u jkun esebit fuq ir-recruitment portal kif ukoll fuq in-noticeboard tal-Ministeru għall-Finanzi f'Maison Demandols, 30, Triq Nofs In-Nhar, Il-Belt Valletta.
8.1. Petizzjonijiet li joġġezzjonaw għar-riżultat tal-proċess tal-għażla għandhom jaslu għand is-Segretarju Permanenti fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministeru: |
Ministeru għall-Finanzi |
Persuna Responsabbli: |
Sa Analise Bonello |
Indirizz: |
Cavalier House, 158, Triq Zekka, Il-Belt Valletta |
Telefon: |
25998431 |
Indirizz Elettroniku: |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.