Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Circular - Post of Public Cleansing Foreman - ENG Vers. |
| Ara d-dokument | Circular - Post of Public Cleansing Foreman - MLT Vers. |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Salarju
Is-salarju ta’ Public Cleansing Foreman huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2019 huwa ekwivalenti għal €17,576 fis-sena, li jiżdied b’€354 fis-sena sa massimu ta’ €19,700.
Dmirijiet
- Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Public Cleansing Foreman jinkludu:
- Timmaniġġja u tkun responsabbli għas-sezzjonijiet kollha taħt it-tmexxija tagħha;
- Tkun responsabbli mill-allokazzjoni tal-impjegati taħt l-inkarigu tagħha bl-aħjar mod possibbli;
- Tkun responsabbli mill-proċeduri dixxiplinarji kollha u l-passi li jkun hemm bżonn li jittieħdu, il-puntwalita` u l-proċeduri dwar is-saħħa u s-sigurta`;
- Tmexxi lis-supervisors kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tagħha;
- Tikkoordina mas-superjuri tagħha fit-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma;
- Tkun responsabbli mill-ħruġ ta’ materjali mill-istores u tiżgura lit-tagħmir żgħir huwa f’kundizzjoni tajba il-ħin kollu;
- Tippjana x-xogħol skont l-impjegati u l-makkinarju disponibbli għal kull biċċa xogħol partikolari;
- Tikkoordina ma’ dipartimanti u sezzjonijiet fi ħdan il-Ministeru, dipartimenti tal-gvern oħra u entitajiet kif meħtieġ;
- Tassisti fit-tnedija ta’ inizjativi ġodda mid-Diviżjoni;
- Tassigura li x-xogħlijet ta’ tindif u tindif tal-bajjiet li jaqgħu taħt is-supervizzjoni tagħha jilħqu l-livelli meħtieġa kif stabbilit mis-senior management;
- Tagħmel spezzjonijiet fiż-żoni li jkunu assenjati lilha;
- Tagħmel użu minn sistemi tal-IT hekk kif stabbilit mid-Diviżjoni rispettiva;
- Twettaq dmirijiet oħra skont kif mitlub mid-Direttur Ġenerali, Direttur (Operations) u/jew rappreżentanti tagħhom;
- Dmirijiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku li huma:
(a) Fil-grad ta’ Assistant Foreman u li huma kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom jew fil-ħatra ta’ qabel ta’ Supervisor fi Skala ta’ Salarju 14;
JEW
(b) Ikkonfermati fil-grad ta’ Supervisor fi Skala ta’ Salarju 14;
JEW
(c) Impjegati oħra fil-gradi Tekniċi u Industrijali fi Skala ta’ Salarju mhux anqas minn Skala 14 u li huma kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal post ogħla għandhom ikunu konfermati fil-ħatra tagħhom kurrenti (jew ta’ qabel), (skont il-każ).
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.2 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Justice, Culture and Local Government |
Contact Person : | Ms Shirley Fava |
Address : | Corradino Industrial Estate, Paola |
Telephone : | 22897321 |
Email address : |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.